L-ahbar ewlenija li kellna matul din il-gimgha kienet l-elezzjoni ta’ President gdid tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-karozzi. L-istorja kienet importanti ghax kellna, ghal diversi gimghat nisimghu bid-decizjoni kontroversjali li kien qed jiehu l-President ta’ qabel Max Mosley. Mosley li kellu karriera twila fid-dinja tal-karozzi, zamm din il-kariga ghal ghoxrin sena, u iktar kemm beda jghaddi z-zmien l-attakki fuqu u kontra l-komportament tieghu ma naqsux. Fit-tmexxija tieghu jibqghu miftakra l-polemika li qamet meta ghaddiet il-ligi tas-sigaretti, vizzju li ghal hafna nies kien ifisser izda sponsors kbar. Polemika ohra, ftit wara, kienet ir-rizenja finta tieghu fl-2004 sabiex jiehu iktar sahha kontra Bernie Ecclestone, sena wara niftakar il-Grand Prix tal-Istati Uniti fejn kienu saqu biss sitt karozzi, izda mhux l-inqas meta Mosley nqabad fuq video imxandar fuq you tube jaghmel xeni ta’ sess fil-pubbliku.
Dawn il-fatti bdew itappnu r-reputazzjoni ta’ Mosley, biex imbaghad ma nitkellmux dwar decizjonijiet skandaluzi li kienu qed jittiehdu fil-Formula Wiehed, kompetizzjoni ewlenija taht il-kappa tal-Federazzjoni, l-ahhar tkun dik tas-sospensjoni ta’ Flavio Briatore u n-nuqqas ta’ azzjoni kontra Nelson Piquet.
Kandidati ghal din il-kariga kien hemm Jean Todt u Ari Vaatanen. Tal-ewwel kien maghruf mad-dinja kollha ghaliex kien strumentali fir-rebhiet u s-successi tal-Ferrari fosthom meta kien hemm Michael Schumacher li Todt jghid li jistmah daqs ibnu. Schumacher kien apertament favur il-kandidatura ta’ Todt, tant li ghamel kampanja ta’ lobbying pubbliku ghall-Franciz.
Ghal min huwa dilettant tal-karozzi Vaatanen ukoll huwa isem famuz, izda mhux popolari ma’ min mhux dilettant.
Il-fatt li Todt rebah b’maggoranza kbira din l-elezzjoni tfisser li ghall- Federazzjoni Internazzjonali, l-Formula Wiehed ghanda piz kbir. Nisperaw li din l-elezzjoni ta’ Todt ma tfissirx li se nibqghu nkunu konservattivi u ghalhekk ma jinbidel xejn, ikkummentaw hafna nies li vvutaw ghal Vaatanen u ghalhekk kienu dizappuntati.
Min-naha l-ohra Luca Di Montezemolo, li barra li huwa l-Kap ta’ Ferrari huwa wkoll chairman tal-FOTA, li tirraprezenta l-Formula Wiehed, qal li Todt se jgib mieghu arja friska ta’ zghozija u ghalhekk il-Formula Wiehed se jibda jahdem sabiex ikollu regolamenti u kriterji precizi sabiex jigu evitati l-problemi li kienet qed tiffaccja fl-ahhar snin. Peress li d-dilettanti Maltin tal-isport tal-karozzi huma hafna, wiehed jispera li Todt, li rebah ma’ Ferrari xejn inqas minn 13 il-titlu bejn kostrutturi u individwali jirnexxielu jaghmel dan.
Nhar it-Tnejn li ghadda waqt il-programm L-Argument gie diskuss it-tim nazzjonali issa li intemmet il-fazi eliminatorja tat-Tazza tad-Dinja. Bla dubju l-istatistika titkellem wahedha u hadd ma jista jichadha, però r-ragunijiet li qed iwasslu ghal din l-istatistika huma diversi u dawn kollha jaghtu kontribut. Futbol Malti li qed jigi bbazat fuq kampjonat b’ritmu baxx hafna. Il-Gimgha segwejt il-loghba bejn Hibernians u Valletta, c-champions tal-futbol Malti kontra l-leaders tal-kampjonat, jigifieri suppost il-krema tal-futbol. Il-loghba ftit li xejn offriet spunti teknici gholja u r-ritmu taghha kien wiehed kajman. Dan huwa kuntrast kbir ma’ dak li l-plejers isibu quddiemhom fuq livell internazzjonali. Biex tghaxxaqha huma ftit il-plejers Maltin li qed isibu posthom ma’ klabbs fl-Ewropa, klabbs li ghandhom set up professjonali, u dan huwa detriment qawwi ghar-rizultati. Raguni ohra hija li l-klabbs taghna ghad ma rabbewx fihom kultura professjonali u ghalhekk il-mentalità tal-plejers ghadha ma nbidlitx. Bil-flus li qed jonfqu hafna klabbs, il-plejers jistghu jaghmlu tahrig filghodu u filghaxija u ghalhekk ikunu iktar preparati ghal kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali. Nemmen li dan jista’ jsir u jekk jigi kkumplimentat minn settur ta’ zghazagh li iktar u iktar ikompli jikber, nibdew finalment naraw il-frott.
Matul il-gimgha li ghaddiet hafna tkellmu fuq il-Middle Sea Race, il-kompetizzjoni spettakolari tal-ibburdjar li tibda u tispicca Malta. Kien hemm spettaklu veru fil-Port il-Kbir ghal din it-tellieqa mill-isbah li jhalltu l-artificjalità sabiha tal-jotts kbar u zghar, ma’ natural ta’ port li huwa l-isbah fl-Ewropa. Kompetizzjoni li tpoggi lil Malta verament fuq il-mappa tal-isport internazzjonali, kompetizzjoni li tigbed fost l-aqwa bahhara fid-dinja. Lil hinn mir-rebha tal-jott Brittaniku Aleagre, wiehed irid jikkumplimenta l-partecipazzjoni Maltija, li tkun numeruza u jkun fiha anki diversi zghazagh.
Prosit lil Strit Dealer li kien l-ewwel jott Malti u li ilu ghal dawn l-ahhar snin jispikka, però prosit ukoll liz-zghazugh ta’ dejjem Arthur Podestà li huwa l-bniedem li minn mindu bdiet dejjem ippartecipa f’din ir-regatta. L-ezempju li jaghti Arthur huwa ezempju ta’ sportiv veru.
Finalment nitkellmu dwar il-ballun tad-deheb meta matul din il-gimgha nghazlu l-ahhar 30 plejer li jistghu jaspiraw ghal dan ix-xettru. Jispikka l-fatt li minn din l-ghazla ta’ tletin ma hemm l-ebda plejer li gej mit-tim champion tad-dinja l-Italja. Jien ma ghandi l-ebda simpatija partikolari lejn il-plejers Taljani, però ma nistax nifhem kif per ezempju ma din il-lista ma hemmx l-isem ta’ Buffon li minghajru Juventus dan l-istagun u anki ta` qabel kien ikollhom hafna inqas punti.
Zgur ma hemmx midfielder ta’ klassi bhal Pirlo u De Rossi biex imbaghad fil-lista insibu plejers bhal Forlan, Tourè, Arshavin u Gourcouff, li huma plejers tajbin izda li jigu short listed ghal ballun tad-deheb naraha wisq. L-Italja mhux biss qed issib problemi sabiex twassal timijiet ghal fazi finali tac-Champions League, mhux biss qed ssib porblemi sabiex terga’ tattira nies lejn l-istadiums, izda jidher li ghanda problemi serji ta’ politika sportiva li qed tirrovina r-reputazzjoni taghha u dan ghall-izvanatagg tal-plejers ta’ pajjizha.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






