L-editorjal tal-gurnal The Times ta` nhar l-Erbgha kien f`waqqtu. Bit-titlu the country needs a good dose of realism (il-pajjiz ghandu bzonn doza ta` realizmu), l-editur analizza id-diskors li l-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat ghamel gewwa Haz-Zabbar waqt il-manifestazzjoni ‘Familja Wahda’. Filwaqt li fahhar l-ghaxar proposti imressqin mill-Partit Laburista ghall-Bagit 2010, dan staqsa jekk dawn isolvux il-problemi finanzjarji u ekonomici tal-pajjiz f’qasir zmien u dan minhabba inkompetenza kbira, korruzzjoni lampanti u decizjonijiet u prattici hziena li wasslu lil dan il-pajjiz f’xifer ta’ irdum u li mhux facli tibdilhom mill-lejl ghan nhar.
Moviment progressiv hu ikbar minn partit politiku, ghaliex fih issib l-imsiehba socjali, l-aqwa talenti, l-elementi necessarji kollha biex jidhlu fis-sehh ir-riformi mehtiega fis-setturi kollha.
L-editorjal ta’ The Times sahaq li l-mexxejja politici gewwa pajjizna ghandhom jitkellmu u jiehdu id-decizjonijiet taghhom fil-kuntest li Malta tinsab f’ricessjoni u li qed tintlaqat mill-konsegwenzi tal-krizi finanzjarja internazzjonali. B’doza kbira ta’ realizmu nifhem ukoll li l-problema li ghandna tkompli tikber meta f’pajjizna ghandna Prim Ministru li qed imexxi gvern instabbli, tilef il-kontrol tad-deficit u li iktar mohhu x’inhu jigri internament gewwa l-Partit Nazzjonalista milli jistimula l-ekonomija u jghin lil-konsumaturi u lil tan-negozju. Ninsabu fi zmien meta f’pajjizna m’hawnx amministrazzjoni li qed tghin biex timmassimizza il-potenzjal tac-cittadini Maltin u li mhijiex tghin lil individwu jilhaq l-aspirazzjonijiet tieghu. Il-poplu baqa miexi ‘il quddiem u il-Prim Ministru waqaf ihares lura.
Il-forzi konservattivi, minflok urewh triq ohra, ghamlu bhalu u waqfu jitkellmu fuq x’gara f’Malta tletin sena ilu. Sadanittant il-pajjizi kompetituri taghna komplew jinvestu fir-rizorsi taghhom.
B’doza kbira ta’ realizmu nifhem ukoll li bil-mizuri li l-Gvern Nazzjonalista ha fil-bagit tas-sena l-ohra holoq krizi nazzjonali minflok ma ha vantagg mill-fatt li pajjizna evita id-dizastru finanzjarju li spiccaw fih pajjizi ohra. Bl-istess mod, bhal kull cittadin Malti nistenna li l-moviment progressiv jikkritika fejn hemm bzonn u jaghti il-proposti tieghu. Hekk ghamel il-Partit Laburista.
Spicca iz-zmien li l-forzi konservattivi jikkritikaw lill-oppozizzjoni li m’ghandiex is-soluzzjonijiet ghal pajjiz. L-ghaxar proposti li ressaq il-Mexxej Laburista Joseph Muscat gew imfassla fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja li ninsabu fiha.
Fil-verità l-poplu huwa lest ihallas it-taxxi li jmorru ghall-iskejjel, ghall-medicini jew ghal toroq ahjar izda mhux lest ihallas ghat taxxi biex jinhlew f’prattici hziena, decizjonijiet zbaljati u hela bla precedent.
Il-proposti gew imfassla biex jistimulaw l-ekonomija billi titnaqqas l-incertezza kbira li hawn. Dan jista jsir billi l-Gvern jiddikjara kemm ghandha tkun ir-rata massima tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-poplu se jhallas ghas-sena d-diehla u kif ukoll jiffriza it-tariffi kollha, inkluz il-licenzji biex kulhadd, konsumaturi u dawk li jhaddmu ikun jistghu jaghmlu il-kalkoli taghhom u jippjanaw fit-tul. Min naha l-ohra ghandu jkun hemm kontroll fuq il-prezzijiet permezz tat-twaqqif ta’ agenzija ghad-difiza tal-konsumaturi.
Bhala stimolu finanzjarju dirett fis-settur turistiku li minnu jiekol kulhadd f’Malta, il-Partit Laburista qieghed jipproponi li titnehha t-tariffa ta’ 50 centezmu fuq kull lejl li jhallas it-turist u jnaqqas il-VAT ta’ 18% fuq is-servizzi tat-turizmu u r-ristoranti u dak li jigi ffrankat jghaddi ghand il-konsumatur.
Pajjizi fl-UE hadu u qed jiehdu l-opportunità li tathom l-UE biex innaqqsu r-rati tal-VAT fuq servizzi ghat-turisti, bil-ghan li t-turizmu jinghata l-istimolu mehtieg.
Il-Partit Laburista qieghed jipproponi ukoll li prattici li ma rnexxewx jigu ameljorati. Hemm bzonn li ssir revizjoni tas-sistema tal-eko-kontribuzzjoni biex ma tibqax mazzra m’ghonq in-negozjanti onesti u tkun mod li bih jigi protett l-ambjent u r-revizjoni tat-taxxa ta’ 12% meta proprjetà tigi biex tibdel l-idejn.
Bl-istess mod hemm bzonn li b’sens ta’ djalogu, il-Gvern jibda diskussjonijiet mal-banek dwar it-tariffi li qed jimponu lill-klijenti fuq is-servizzi li joffru. Fl-ahhar nett il-Partit Laburista sahaq fuq in-necessità ta’ ghanjuna diretta lil min jigi biex jixtri l-ewwel dar tieghu u moratorju ta` sena fuq is self li haddiem ikollu fuq id dar tieghu f`kaz li jitlef xogholu.
Il-manifestazzjoni Familja Wahda fissret li l-PL ghandu is-soluzzjonijiet ghal pajjizna ghax jemmen fil-kapacitajiet tal-poplu Malti, ghax huwa l-partit tad-djalogu u ghax jemmen f’kuncett ta’ politika differenti minn dik prezenti, kuncett politiku li jemmen li dak li jghaqqadna u huwa ikbar minn dak li jifridna u ghax bhal poplu Malti jemmen li pajjizna jixraqlu ahjar.

| < Prev | Next > |
|---|






