Wednesday
Mar 10th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Direttur, Kummissarju u President

E-mail Print PDF

michael_parnisIl-hatra ta’ Joanna Drake bhala Direttur ghall-Promozzjoni tal-Kompetittività tal-Intraprizi Zghar u Medji tal-Unjoni Ewropea hi ahbar tajba.  Dr. Drake hi l-ewwel persuna Maltija li nghatat din il-kariga hekk prestiggjuza fi hdan il-gerarkija Ewropea. Kellhom jghaddu kwazi sitt snin biex xi hadd minn pajjizna jinghata kariga hekk gholja. Pajjizi ohra inghataw karigi simili ferm qabel ma’ dan minkejja li fl-UE suppost kulhadd jirraprezenta l-Unjoni u mhux lil pajjizu.

Xorta wahda nemmen li huma hafna dawk il-pajjizi li jaghmlu pressjoni biex jinhatru l-persuni minn pajjizhom u hekk ghandu jaghmel il-Gvern Malti biex ikun jista’ jiehu s-sehem tieghu ukoll.

Biex hadet din il-pozizzjoni Joanna  Drake kellha tikkompeti ma’ 126 kandidat iehor mill-Ewropa kollha. Mhux facli ghax hafna drabi ghal karigi simili jikkompetu z-zwiemel, izda hi irnexxielha tirbah.  Minn din il-pagna nixtieq nifrah lil Joanna  Drake u nawguralha l-akbar success fil-karriera taghha.


F’dawn il-granet qed nistennew ukoll li jithabbar l-isem ta’ dak li ser ikun il-Kummissarju Malti ghall-UE. Ghadu xejn mhu car min se jkun u l-aktar zewg persuni li qed jissemmew huma l-Kummissarju  attwali Joe Borg u Richard Cachia Caruana. Jidher li l-Prim Minsitru qed izomm din il-karta ma’ sidru u ma tantx jidher li ser jizvela l-isem qabel ma jasal il-mument opportun. Fadal ftit granet ohra ta’ stennija u nsiru nafu.


Jigri x’jigri ser naraw xi ucuh godda. Li hu zgur hu li ser ikollu jinhatar xi hadd minflok Joanna Drake biex jiehu postha bhala Kap tar-Rapprezentanza tal-UE f’Malta. Personalment nispera li jerga’ jkun xi hadd Malti.


Kif digà ghidt aktar ’il fuq, persuni li jinhatru f’xi kariga fl-UE ikollhom l-obligu li jahdmu ghall-Unjoni kollha u mhux ghal pajjizhom. Pajjizhom isir l-UE, izda hadd ma jista’ jichad li minkejja kollox tibqa’ Malti, Ingliz, Taljan jew Germaniz u xorta jibqghu isibuk bhala l-Malti jew bl-isem tal-pajjiz li tkun tirrapprezenta.  Kull Malti li jinhatar f’xi kariga tal-UE ghandu jzomm f’mohhu li wara kollox hu Malti u m’ghandu jinsa qatt lil pajjizu. M’ghandniex nippruvaw naghtu impressjoni li ghalina pajjizna ma baqax jezisti minn dik il-gurnata li tkun inghatajt il-kariga.

 

Jekk jigri hekk hadd ma jemmnek ghax kulhadd jaf li finalment pajjizek jiqba’ jkollu importanza specjali meta tigi biex tiehu certi decizjonijiet.  Il-kariga ta’ Joanna Drake hi wahda ta’ importanza kbira ghal Malta.  Kwazi l-industriji kollha taghna huma ikkunsidrati bhala zghar u ta’ daqs medju u ghalhekk dak kollu li ser tkun qed taghmel ser ikollu effett dirett fuq l-industrija Maltija u anki l-ekonomija taghna. Jien ma ghandi ebda dubju mill-kapacitajiet ta’ Joanna  Drake u konvint li hi ser izzomm f’mohhha li hi Maltija daqs kull wiehed u wahda minna.


Issa li finalment jidher li m’hemmx aktar ntoppi biex jigi iffirmat it-Trattat ta’ Lizbona, il-pass li jkun imiss hu l-hatra ta’ President tal-UE li ser jiehu post it-termini qosra ta’ sitt xhur li kien jokkupa kull pajjiz membru. Aktar ma jghaddu l-granet, aktar qed jidher li l-isem ta’ Tony Blair qieghed  jisfuma.

L-appogg li kellu ftit tal-gimghat ilu jidher li qed jispicca, b’aktar pajjizi jiddikjaraw li mhumiex kuntenti bih.  Pajjizna ghadu ma ghamel ebda dikjarazzjoni dwar dan u anki hawn jidher li l-Prim Ministru mhu qed jizvela xejn.  Nahseb li pajjizna jixraqlu ikun jaf x’pozizzjoni qed jiehu l-Gvern Malti dwar dan is-suggett kif qed jaghmlu pajjizi ohra.  Ftit granet ohra u anki hawn ikkolna risposta, kulma nistghu naghmlu u nistaqsu u nistennew.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Partly Cloudy PM Light Rain Rain Scattered Showers
12C 14C 16C 16C 13C
Wed Thu Fri Sat Sun

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura