Peppijna Dalli, 11, akkwistat diversi successi fil-ftit xhur li ilha tghix il-Polonja. Dan ix-xahar hi giet l-ewwel fil-Warsaw Junior Olympiad li sar fl-iskola tal-Isport ta’ Varsavja. Hi kisbet l-ewwel post fit-Trampolin (taht it-13-il sena) nhar il-Gimgha 16 ta’ Ottubru kif ukoll l-ewwel post fuq it-Tumbling is-Sibt 17 ta’ Ottubru 2009.
Dan ifisser li Peppijna hija l-aqwa ginnasta taht it-13-il sena f’Varsavja fuq it-Tumbling u it-Trampolin.
F’din il-kompetizzjoni Peppijna libset il-kit ta’ Malta li ntuza fil-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar u xejret il-bandiera tal-Kumitat Olimpiku Malti.
Fil-weekend li ghadda hi regghet kisbet success fil-Kompetizzjoni Regjonali fil-Polonja li (Il-Polonja ghandha sitt regjuni) taht it-13-il sena. Peppijna giet l-ewwel fit-Tumbling il-Gimgha 23 ta’ Ottubru u giet it-tieni l-ghada fuq it- Trampolin.
Wara l-kompetizzjoni taghha hi regghet marret lura lejn il-gym u ttrenjat ghal tliet sighat ohra.
Peppijna marret tghix il-Polonja mal-genituri taghha f’Gunju li ghadda.
Hi qieghda tittrenja fuq Trampolin erba’ darbiet fil-gimgha mal-kowc il-gdid taghha Roman Gruszkiewicz. Peppijna ilha tittrenja l-ginnastika minn meta kellha tliet snin u r-rizultati ta’ dan il-weekend juru bic-car kemm hi imxiet ’il quddiem wara snin ta’ hidma intensiva. Is-sena l-ohra Peppijna kienet qed taghmel tahrig intensiv taht il-kowc Ciniz Albert Chun. It-tahrig taghha kien jinvolvi ukoll training fic-Cina u l-Ingilterra. Il-familja ta’ Peppijna tixtieq tirringrazzja lil ISC Club, l-iskola ta’ San Guzepp, il-Kumitat Olimpiku Malti u l-hbieb taghha Maltin li tawha tant support f’dawn l-ahhar snin.

| < Prev | Next > |
|---|






