Spiss wiehed jitkellem fuq il-fatt li meta l-plejers Maltin ikunu zghar ikollhom l-istess pass tal-barranin, mentri meta jibdew jikbru, id-divarju bejn il-Maltin u l-barranin jikber.
Konferma ta’ dan hadniha din il-gimgha meta t-tim nazzjonali Malti ta’ taht is-17-il sena, kiseb rizultat liema bhalu biex ikkwalifika ghat-tieni fazi tal-kampjonati Ewropej tal-Kategorija. Wara telfa fl-ewwel loghba kontra l-Irlanda ta’ fuq, Malta kisbet rizultat storiku meta ghelbet lill-Olanda, filwaqt li mbaghad gejna draw mal-Andorra. B’hekk irnexxielna nikkwalifikaw bhala l-ahjar fost dawk li spiccaw it-tielet. Rizultat eccellenti ghall-plejers Maltin.
Il-biza’ hija però li kif jghaddi ftit zmien minn fuq dawn il-plejers u jergghu jiltaqghu kontra l-istess Olanda, mbaghad ma jkunx hemm paragun. Ghalhekk wiehed irid jaghmel analizi ta’ x’hawn nieqes fil-futbol Malti. Mill-ewwel jigi quddiem ghajnejna set up professjonali li mhux biss irid ikun hemm fl-MFA izda anke fil-klabbs ukoll. Meta wiehed janalizza l-ispejjez li ghandhom il-klabbs, allura wiehed jemmen li bi ftit iktar kontroll u impenn dan is-set up professjonali ma jkunx biss holma ‘l boghod izda progett li jista’ jsir realtà.
Set up professjonali ma jfissirx biss li jkollok plejers professjonali izda anke klabb li jahdem b’mod u vizjoni professjonali, mghejjun minn Assocjazzjoni li taghmel minn kollox biex dan ssir. L-idea ta’ klabbs bhal Valletta, Sliema u Birkirkara, li jkollhom il-plejers taghhom, maghhom sew filghodu kif ukoll filghaxija hija eccellenti. Wiehed jilqa’ b’mod mill-aktar pozittiv it-tahdidiet bejn l-MFA u l-klabbs sabiex il-plejers li jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali jkollhom bilanc tajjeb bejn klabbs u tim nazzjonali biex b’hekk il-futbol ikun iktar jixbah lil dak Ewropew.
Nahseb li fl-2009 m’hemmx spazju iktar ghad-dillettantizmu, izda wiehed bilfors irid ihares lejn il-professjonalizmu biex dawn il-plejers li llum ghandhom hmistax, sittax-il sena, meta jigu biex ikollhom ghoxrin sena u iktar isibu fejn imorru. Isibu mentalità digà lesta, ghax il-biza’ hija li meta dawn ghal xi raguni jew ohra ma jibqghux ghazla f’Ta’ Qali, jieqfu mill-futbol jew jibdew jiehduh bhala passatemp.
Awguri ghal darba ohra lill-plejers kollha kif ukoll lill-kowcis taghhom, fuq quddiem nett lil Charles Scerri, kowc li meta kien plejer kien ta’ ezempju, u jidher li dan l-ezempju qed jigi trasmess fit-tfal Maltin.
Hasra li dan ir-rizultat eccellenti ftit li xejn gie moghti importanza mill-midja lokali. Midja li normalment biex tikkritika tigi l-ewwel izda mbaghad issibha xi ftit difficli biex tfahhar. Nahseb li dan ir-rizultat huwa wiehed ta’ min ifahhru.
Biex inkomplu fuq iz-zghazagh, matul din il-gimgha wiehed seta’ jammira l-futur ta’ Manchester United hekk kif kellhom it-tim taz-zghazagh taghhom ghal tahrig ta’ erbat ijiem hawn Malta. Inizjattiva li kienet possibli grazzi ghar-relazzjoni eccellenti li ghandhom il-Manchester United Supporters Club Malta mal-klabb ta’ Old Trafford.
Kien ta’ pjacir ghal hafna li raw lil dawn iz-zghazagh jittrenjaw f’pajjizna. Fost il-plejers rajna lill-Franciz Pogba li kien ghal diversi drabi fl-ahbarijiet minkejja l-eta’ zghira tieghu. Din l-esperjenza kienet importanti ghall-plejers li hadu sehem ghax bl-entuzjazmu tal-Maltin warajhom setghu jifhmu kemm il-United huma importanti fid-dinja u ghalhekk tghabbi fuqhom iktar responsabbiltà meta jilbsu l-flokk tar-red devils.
Kienet ukoll esperjenza ghaz zghazagh Maltin mhux biss ta’ Hibernians, li kellhom wirja tajba meta lghabu kontrihom, izda wkoll ghal dawk kollha li segwew xi sessjoni ta’ tahrig.
Iktar kemm nesponu lit-tfal Maltin ghall-professjonalizmu, iktar ahjar ghax hekk u hekk biss nistghu nitjiebu.
Fix-xena internazzjonali matul din il-gimgha spikkat bla dubju l-ahbar li Andre Agassi ammetta li kien jaghmel uzu minn sustanzi projbiti waqt il-karriera tieghu, ahbar li hasdet mhux biss lill-miljuni ta’ partitarji tieghu izda anke lill-Federazzjoni Internazzjonali tat-tennis.
Ghal min huwa iktar zaghzugh, Andre Agassi kien wiehed mill-ahjar plejers fis-snin tmenin u disghin fejn rebah xejn inqas minn 18-il prova tal-Gramd Slam.
Wiehed ikollu hsibijiet differenti ghaliex Agassi tkellem dwar dan f’awtobijografija li ser tohrog ghall-bejgh dalwaqt. L-ewwel hsieb ikun ta’ qerq.
Jista’ jkun li Agassi hareg b’din l-ahbar xokkanti sabiex il-ktieb tieghu ikun wiehed mill-best sellers tal-2010 u ghalhekk l-introjtu jkun hafna ikbar?
It-tieni hsieb ikun hafna ikbar. Jekk Agassi kien jaghmel uzu minn ghajnuna illecita, possibli f’tant dope tests li sarulu, dan ma rrizultax pozittiv? U jekk dan ta’ l-ahhar huwa l-kaz allura din titfa’ dell ikrah fuq min jikkontrolla lill-atleti, titfa’ dell ikrah fuq il-prestazzjoni taghhom u fuq il-wirjiet taghhom li ghalina kienu mitici. Onestament, ma nifhimx ghaliex wiehed li ghamel uzu minn sustanzi dan ghandu jsemmihom u allura nemmen li Agassi u l-produtturi ta’ l-awtobijografija tieghu riedu biss jaghmlu hoss!
Il-Gimgha sportiva t-tajba lil kulhadd!!

| < Prev | Next > |
|---|






