Friday
Mar 12th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Ic-chiefs tal-Enemalta b’salarji fenomenali

E-mail Print PDF

enemalta_corporation_power_stationIs-salajri u l-perkacci tas-sitt ufficjali ewlenin tal-korporazzjoni Enemalta, b’kollox ilahhqu qrib l-€400,000  fis-sena.

 

L-ufficjal ezekuttiv ewlieni (chief executive officer) ghandu salajru ta’ €81,550  fis-sena.

L-istess ufficjal ghandu wkoll allowance annwali ta’ €908  ghal dak imsejjah bhala annual communications package. Din l-allowance tinghata wkoll lill-ufficjali l-ohrajn kollha, li      wkoll ghandhom allowance      ta’ €582  fix-xahar ghall-karozza.


L-Enemalta thallas ukoll l-assigurazzjoni tal-ufficjali ezekuttiv ewlieni li ta’ kull sena tlahhaq is-somma ta’ €2330 .


B’kollox, l-ufficjal ezekuttiv ewlieni qieghed jiswa lill-Enemalta is-somma ta‘ €91,772  fis-sena, medja ta’ €7650  fix-xahar.


It-tieni ufficjal l-aktar imhallas huwa c-Chief Financial Officer li ghandu salarju ta’ €60,564  fis-sena.


Bhall-Ufficjal Ezekuttiv Ewlieni, ghandu allowance ghall-komunikazzjoni (€908 ) u€ 582  fix-xahar ghall-karozza.


L-insurance tac-Chief Financial Officer qieghda tiswa lill-Enemalta is-somma ta’ €2,795 , li hija oghla mill-insurance tal-ufficjali l-ohra.

Barra minn dan, ic-Chief Financial Officer, ghandu wkoll “annual responsibility allowance” li tlahhaq is-somma ta’ €2330 .

B’kollox, f’sena wahda, ic-Chief Financial Officer qieghed jiswa lill-Enemalta 73,581  fis-sena, jew medja ta’ €6,132  fix-xahar.

Ic-Chief Information Officer qieghed jiswa lill-Enemalta €55,812  fis-sena.  Dan l-ufficjal ghandu salarju ta’ €45,590  fis-sena kif ukoll Annual Communication Package ta’ €908 , allowance ta’ €582  fix-xahar ghall-karozza, u insurance ta’ €2,330  fis-sena.

It-tliet ufficjali l-ohra ukoll ghandhom l-istess allowances, jigifieri €908  Annual Communication Package, €582  fix-xahar ghall-karozza u insurance ta’ €2,330  fis-sena.

Li hemm differenza bejn     dawn it-tliet ufficjali, huwa s-salarju.

Ic-Chief Commercial Officer ghandu salarju ta’ €41,930  fis-sena, waqt li c-Chief Corporate Services u c-Chief Projects Officer ghandhom salarju ta’ €37,270  fis-sena.

Dan it-taghrif inghata mill-Ministru ghall-Infrastruttura, Transport u Komunikazzjoni Austin Gatt fi twegiba ghal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Gino Cauchi.

Din l-informazzjoni li harget mill-Parlament dwar dawn is-salarji fenomenali ghal Malta tistona fejn is-sagrificcji kbar li qed jintalab jaghmel il-poplu Malti b’rati tad-dawl u l-ilma m’ghola s-smewwiet biex jaghmlu tajjeb ghall-inefficjenzi tal-Korporazzjoni Enemalta.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Mostly Cloudy Rain Rain Mostly Sunny Partly Cloudy
16C 14C 13C 14C 14C
Fri Sat Sun Mon Tue

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura