Hamrun Spartans avvanzaw ghar-rawnd li jmiss tal-FA Trophy meta ghelbu lil St Georges 3-0. Il-Bormlizi tilfu zewg plejers, fis-26 minuta lil Bonello meta zamm b’idu gowl cert u fis-60 minuta Sevasta ghat-tieni karta safra.
Wiehed jista’ jghid li St George’s bdew il-partita tajjeb u bejn il-15 u d-19 il-minuta kellhom tliet okkazjonijiet. L-ewwel fil-15-il minuta kross ta’ Ewurun lejn Ciappara li laqat hazin bir-ras u c-cans intilef. Imbaghad zewg minuti wara, l-istess Ciappara kellu xutt li xxellef minn difensur u l-gowler Casha b’diffikultà dawwar f’korner. Imbaghad fid-19-il minuta xutt ta’ Bonello ghadda jhakkek mal-wieqfa.
Fis-26 minuta kien hemm l-incident tat-tkeccija ta’ Bonello. Dan beda b’xutt ta’ Pereira li habat ma sieq il-lasta u mir-ribawnd l-istess Pereira jqassam lil Mawete li mil-qrib xxuttja biex Bonello b’idu evita l-gowl. Mil-penalty Mawete ra lil gowler Galea jsalva f’korner.
Fis-37 minuta Hamrun marru fil-vantagg. Pass ta’ Mawete lejn MARCELO PEREIRA li avvanza u b’xutt imkaxkar fetah li skor.
Fid-49 minuta din id-darba kien Pereira li qassam il-ballun lil JOAO BATISA MAWETE li b’xutt fil-baxx irdoppja ghalli Spartans.
Fit-68 minuta pass ta’ Spiteri lejn MARCELO PEREIRA li bid-difiza wieqfa avvanza fuq il-gowler, dar mieghu u ghamel li skor finali 3-0.
Skurjaw: Marcelo Pereira (H) (37 u 68 min), Joao Batista Mawete (H) (49 min).

| < Prev | Next > |
|---|






