Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Rainbows ma jfallux li javvanzaw ghal rawnd iehor

E-mail Print PDF
Share

Minkejja li Mosta sfaw eliminati u sofrew hames gowls xorta wiehed jista’ jghid li huma marru tajjeb kontra oppozizzjoni ta’ tim mil-Premier.  Kienu huma li fethu li skor meta fis-seba’ minuta kross ta’ Vella lejn in-naha opposta u LYDEN MICALLEF b’daqqa ta’ ras ghar-rokna tefa’ lil Mosta fil-vantagg.  Barra minn dan huma laqtu l-lasta darbtejn.

L-ewwel darba fil-15-il minuta meta freekick ta’ Briggs lejn Micallef li xellef il-ballun li habat mal-lasta u gie kklerjat.  It-tieni darba kien fis-46 minuta meta minn kross ta’ Borg u daqqa ta’ ras ta’ Vella habtet mal-lasta u l-ballun gie kklerjat.


Dan kollu ma jnaqqas xejn mil-mertu tar-rebha tar-Rainbows li wara biss zewg minuti minn meta sofrew il-gowl ,huma mill-ewwel kisbu d-draw.  Fid-disa’ minuta minn kross ta’ Sadowski mil-lemin fejn kien hemm MENDEZ RIBEIRO li bir-ras ghamilhom 1-1.

Aktar minn hekk ghax wara zewg minuti ohra Tarxien anki marru fil-vantagg u fil-11-il minuta pass lejn GIANLUCA CALABRETTA li gera fil-kaxxa u wahdu quddiem il-gowler Debono ma falliex.  Il-mertu tar-rebha tar-Rainbows kompla kiber peress li mid-29 minuta ’l quddiem huma kienu b’ragel inqas fil-grawnd meta tkecca Decesare ghal xi rimarki li ghadda.

Fid-39 minuta Tarxien ukoll laqtu l-lasta meta Sadowski qassam lejn Ribeiro li x-xutt tieghu twaqqaf mil-lasta.

MENDEZ RIBEIRO skorja t-tieni gowl tieghu u t-tielet tar-Rainbows fil-71 minuta meta Dos Santos seraq ballun lid-difiza Mostija, qassam fil-baxx lil Ribeiro li b’xutt imkaxkar ghamilhom 3-1.

Fil-75 minuta minn azzjoni personali GIANLUCA CALABRETTA ghamilhom erba’ meta dahal mil-lemin u gheleb lil Debono b’xutt mal-art.  Fit-78 minuta Tarxien ghalqu l-kont tal-gowls meta ghal darb’ohra MENDEZ RIBEIRO zied gowl iehor u ghaqqad il-hat trick meta dahal mix-xellug ghal quddiem il-lasta u b’xutt baxx ghamel li skor finali 5-1.

 

Skurjaw: Lyden Micallef (M)(7 min), Mendez Ribeiro (T)(9, 71 u 78 min), Gianluca Calabretta (T) (11 u 75 min).

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata