Nhar it-Tnejn li ghadda l-programm taghna “L-Argument” kellu diskussjoni ferm interessanti dwar il-vizjoni li wiehed ghandu jaghti lill-football Malti. Hemm min din il-vizjoni ghalih hija lejn livell professjonali, u hemm min huwa xettiku li din is-sistema professjonali qatt xi darba tista’ tolqot lil pajjizna.
Li huwa cert hu li l-football Malti fi zmien li gej irid ihares ’il quddiem jekk dejjem irid izomm il-pass mal-avversarji sportivi tieghu, anke dawk li geografikament huma simili ghal pajjizna.
Nistudjaw il-football Malti fil-prezent u naraw li bhalissa il-klabbs jinsabu fi stadju fejn qeghdin itejjbu l-facilitajiet taghhom. Grazzi ghal Malta Football Association, u anke ghal nies b’vizjoni f’diversi kumitati, il-klabb m’ghadux dawk l-erba’ kmamar qrib pjazza ta’ rahal fejn jiltaqghu ftit nies jilaghbu ftit karti u jiehdu tè, izda qieghed ikun trasformat f’post fejn jigu verament diskussi u ppjanati progetti biex il-klabb rispettiv jimxi ’l quddiem.
Klabbs, inkluzi dawk zghar ta’ pajjizna, mhux qeghdin iharsu biss lejn il-loghba ta’ kull nhar ta’ Sibt u Hadd, izda qeghdin iharsu biex jggeneraw flus li jistghu jsostnu lil dan l-istess klabb.
Hafna mill-klabbs ukoll qeghdin iharsu lejn is-sodda tal-futbol taghhom u ghalhekk qeghdin jinvestu f’kowcis ta’ livell u anke attrezzatura ta’ livell biex itellghu iz-zaghzagh taghhom, u ghalhekk ikollhom generazzjoni gdida ta’ players.
Ghalkemm dan huwa tajjeb, anzi huwa eccellenti, jidher li b’dan biss m’ahniex naslu.
L-istatistika turi li klabbs Maltin, u anke it-timijiet nazzjonali, qeghdin ifallu biex jaghmlu l-grad komparat ma’ pajjizi simili ghalina.
Huma diversi l-passi li wiehed irid jistudja biex jaghmel il-passi li jmiss, izda f’dinja ta’ negozju, u anke l-istess sports, jghallmuna li jekk ma tkunx avventuruz, jekk ma tattakkax, hemm probbabiltà kbira li titlef.
Nemmen li l-pass li jmiss ghalhekk ghandu jkun li nersqu kemm jista’ jkun lejn set up professjonali. Pass li jidher li ser issotnuh Valletta.
Bla dubju dan mhux ser ikun pass facli u foris mhux kull klabb jista’ jaghmel dak li se jaghmlu Valletta, izda bla dubju taht dimensjonijiet differenti, kulhadd, u nenfasizza li kulhadd, irid jersaq lejn dan l-objettiv.
Fil-prezent huma zewg istituzzjonijiet li ghandhom set up professjonali u dawn huma l-MFA u l-Kumitat Olimpiku Malti.
Dan is-set up mhux biss jippermetti li l-players tieghek jittrenjaw sew filghodu kif ukoll filghaxija, izda jkun set up li jkollu, amministrazzjoni, tobba, struttura, kowcis li kollha jaghmlu dan ghax huwa obbligu taghhom u mhux ghax huma volontarji u jekk xi darba kellek aptit li ma tmurx, hadd ma jista’ jobbligak li taghmel dan.
L-amministrazzjoni hija il-fulkru ta’ dan kollu u hawnhekk wiehed bla dubju irid jara li klabb irid ikun immexxi tajjeb, li jkollok kontrollur tal-finanzi tajjeb, li jkollu nies li mhux biss idahhlu jdejhom fil-but biex johorgu ewro, izda li jkunu jafu kif l-Ewropa jigi kkrejat jew investit.
Klabb irid ikun kapaci huwa stess li jaghmel kuntratti ta’ sponsors b’mod specjali mal-kumpaniji digitali u mhux ihalli lil haddiehor jaghmel dan ghalih. Futbol li ma jistax ikun jibqa’ biss jigi centralizzat f’Ta’ Qali, izda jiftah fuq livell regjonali, mhux biss biex izid l-interess, izda anke biex jaghti c-cans lill-klabbs jaghzlu huwa l-postijiet fejn jilaghbu u dan biex il-gate money ikun dirett lejn il-klabb u mhux jghaddi minn diversi passaturi, qabel jasal ghandhom.
Futbol li jrid jidhol iktar fil-kuncett Ewrepew, jersaq iktar lejn klabbs Ewropej, u mhux biss darba kultant igibu xi tim kbir, izda li matul il-preparazzjoni ikollu partiti ta’ hbiberija diversi biex itejjeb il-livell u l-esperjenzi tieghu.
Futbol li jrid ihares ’il quddiem biex jigi reklamat ahjar barra, biex players taghna jigu mbutatti biex jaghmlu il-pass u jmorru barra, u biex iktar klabbs barranin juru interess fil-players taghna.
U kif qeghdin nitkellmu dwar players li jilaghbu barra, qrajt b’interess intervista ta’ Kevin Azzopardi fuq “The Times” ma’ Michael Mifsud.
Minn zmien ghal zmien, Kevin qisu jaghmel update. U jekk f’intervisti precedenti, Michael dejjem cahad li jista’ jispicca Malta, issa ma eskludiex.
Jien diversi drabi, ghalkemm mhux hafna, tkellimt ma’ Michael u dejjem meta kellimtu kellu il-fehma soda li jibqa’ jilghab barra.
Nibza’ li dan l-entuzjajzmu fi zmien li ilu Malta naqqas xi ftit. Zgur li wiehed jiehu pjacir li naraw lil Michael ghal darb’ohra ma’ klabb barrani u ghalhekk jibqa’ ambaxxatur tal-football kif minn dejjem kien.
Min ma jiftakarx il-gost li kien jaghti Michael mat-timijiet li laghab! Bizzejjed li tidhol fis-sit tal-internet you tube u terga’ ggedded il-memorji.
Bhall-gost li bhalissa qieghed jaghtina Daniel Bogdanovich ma’ Barnsley, u l-gost ta’ meta nisimghu ahbarijiet pozittivi dwar Andrè Schembri mill-Awstrija fejn jilghab.
J’Alla li l-impressjoni li hadt mill-Intervista tkun wahda zbaljata.
U finalment zewg osservazzjonijiet dwar sport iehor fuq anke diversi mistoqsijiet taghkom li taqraw din il-kolonna.
Hafna nies dillettanti taz-zwiemel staqsewni jekk il-programm “Sal-Gister” fuq One TV huwiex se jerga’ jibda.
Filfatt it-twegiba minn dejjem kienet iva, izda huma t-tigrijiet taz-zwiemel li ghadhom ma bdewx.
Ir-raguni ta’ dan huwa xi ftit ta’ dewmien biex il-korsa tigi rrangata. Il-korsa tal-Marsa bla dubju kellha bzonn il-manutenzjoni li saret fuqha, però wiehed kien jippretendi li dan il-progett ma jdumx xahar iktar milli ppjanat.
Issa ix-xoghol jidher li tlesta u fi zmien qarib hafna, it-tigrijiet se jibdew bi programmi doppji u li anke se jibqghu ghadejjien fi zmien il-Milied.
Minn ahbar tajba ghal ohra hazina.
Fiz-zmien li gej se terga’ taghlaq ghal manutenzjoni il-Pixxina Nazzjonali.
Wiehed jistaqsi: ghaliex, jekk vera kien hemm bzonn, il-pixxina ma qalqitx f’Ottubru u Novembru, meta l-ghawwiema jkunu qeghdin jiehdu inqas tahrig?
Imkejjen vicin tal-Qroqq qalulna li r-raguni principali hija li fil-perjodu Dicembru u Jannar, meta l-pixxina tidher li se tkun maghluqa, ikun hemm iktar bzonn li wiehed isahhan l-ilma u ghalhekk il-kont tad-dawl jigi hafna iktar gholi.
Il-Pixxina Nazzjonali qieghda tiehu mill-kaxxa ta’ Malta ammont sostanzjali mill-bagit ghall-isport u issa li kif smajna il-kontijiet tad-dawl u l-ilma se jergghu joghlew, dan il-bagit irid jerga’ jikber.
Nispera li din l-hekk imsejjha manutenzjoni ma ddumx, bhalma damet l-ahhar wahda li saret li b’konsegwenza taghha, biex gurnalist jaghmel intervista fil-pixxina, irid imur igib il-permess minghand l-awtorità ta` kull gimgha.

| < Prev | Next > |
|---|








