Kieku xi hadd kellu jghidlek li sa 40 sena ohra l-Imsida, il-Marsa, Hal-Qormi u partijiet mill-Isla, il-Birgu Bormla, Marsaxlokk u Wied il-Ghajn flimkien ma’ bliet u irhula ohra ser ikun taht l-ilma, xi twiegeb? Wisq probagbli twiegeb, ”hallina siehbi!”
Kieku xi hadd kellu jghidlek li fi zmien 20 sena Sumatra, il-Filippini, il-Maldives u ohrajn ser jispiccaw taht l-ilma xi twiegeb? Wisq probabli twiegeb ”dawk pajjizi ’il boghod hafna minn Malta u ma tantx jaffetwawna!” Madanakollu s-sinjali kollha qeghdin hemm. Id-dinja qed tishon b’rata mghaggla hafna u ma tantx jidher li hemm cans li inreggghu l-arlogg lura. Kollox jindika li l-klima inbidlet u ser tkompli tinbiddel fix-xhur li gejjin b’konsegwenzi katastrofici li huma mahsuba li ser jigru hekk kif is-silg ikompli idub u l-ilma ikompli joghla.
Forsi f’Malta ma tantx qed inhossu dan l-effett ghalkemm jien li ghandi anqas minn 50 sena nitftakar li s-sajf taghna kien jibda ferm qabel. Niftakar zmien meta kont tista’ torqod minghajr fan jew aircondition izda illum anqas ftit ziffa ma ghadha tghaddi fis-sajf taghna. F’pajjizi ohra s-sinjali huma ferm aktar evidenti. L-uragani fl-Amerika mhux biss qed jizdiedu izda qed ikunu aktar qerrieda. Il-mewg gholi f’certi nahat tad-dinja qed kulma jmur jizdied, hafna foresti qed jinqerdu b’nirien kbar li qed ihallu warajhom bahh shih. Anke l-annimali qed ihossu certi bidliet. Fl-Awstalja l-kangarus qed jidhlu fl-ibliet minhabba n-nixfa kbira li hemm, l-aghar nixfa f’50 sena.
Meta wiehed jara dan kollu malajr jinduna li dak li qed jinghad mhux xi invenzjoni, izda realtà li wliedna ser jghaddu minnha. Mhux qed nitkellem dwar mijiet ta’ snin ohra izda fuq ftit ghexieren li hafna minnha, specjalment dawk izghar minnhi ser jilhquhom. Normalment wiehed jiehu gost ihalli lil uliedu il-gid qabel ma jmut, izda ahna ser inhallu biss bahh. Filwaqt li f’dawn l-ahhar xhur kulhadd sar jitkellem dwar l-effett serra, u l-ozonu, il-gassijiet, il-karbonju u elf haga ohra xorta wahda donnu mhu qed jigri xejn. Ilkoll passivi naraw x’ser jaghmel hadd iehor ghalina.
”Ahna zghar wisq u ma tantx nistghu naghtu kontribut”, hekk issib min jargumenta. Mill-banda l-ohra meta wiehed jistaqsi lilu innifsu imma jien x’qed naghmel ghall-ambjent, probabbli r-risposta tkun XEJN. Donnu ahna l-Maltin mhux sensibbli bizzejjed ghal din il-krizi. Kieku mhux hekk kif tispjegaw il-fatt li l-offerta tal-Gvern ta’ zewg miljun Euro, anqas biss ittiehdet nofsha. Zgur li f’Malta hawn ferm aktar nies li kapaci jonfqu l-flus izda xorta wahda l-Maltin ma irrikorrewx ghal din l-iskema.
Fil-bidu ta’ Dicembru ser isir summit kbir fid-Danimarka biex l-akbar pajjizi fid-dinja fost l-UE jaraw kif flimkien jistghu jiggieldu din il-problema u jaraw kif jistghu inaqqsu xi ftit mill-hsara li digà saret. U pajjizna!? Ghadna nistudjaw kemm ghandna rih l-ahrax tal-Mellieha u jekk ix-xemx taghna hix tajba biex ittina l-energija li ghadna bzonn. Nofqu l-miljuni biex nibnu power station ohra meta din ser tkun sors ta’ tniggiz u ma naghmlux minn kollox biex nuzaw rizors li ghandna bl-abbundanza u ma jhammigx. Wara ghaxar snin ghadna nistudjaw minn fejn gej it-trab iswed fin-nofsinhar ta’ Malta, trab li qed immarrad lil uliedna. Fuq kollox imbilli uliedna ikunu morda! Ma tantx ser ikollhom xi jgawdu. Probabbli anqas ikun jistghu igawdu s-sikka l-bajda ghax tkun mimlija bl-irdieden.
Wasal iz-zmien tal-azzjoni u mhux aktar paroli. Kull wiehed u wahda minnha hemm bzonn jara x’jista jaghmel biex inaqqas mill-iskart u fl-istess hin jikkonsma anqas energija. Jekk mhux ser naghmlu hekk ser ikunu qed nikkundannaw lill-uliedna. L-ewwel ezempju ghandu jigi mill-Gvern stess mhux biss fuq il-mejda u waqt il-konferenzi izda bil-fatti. Ghajnejna fuq id-Danimarka u nistennew.

| < Prev | Next > |
|---|






