Triathlon huwa sport li jikkombina tliet dixxiplini: ghawm, ciklizmu u giri. Hafna atleti kapaci jaghmlu wahda minn dawn id-dixxiplini u ghalhekk gieli jigu ghat-tlielaq tat-Triathon bil-hsieb li jipprovaw xi haga gdida.
Hafna drab,i tkun il-monotonija li tippratika dejjem l-istess sport, li tinkoraggixi bniedem li jipprova t-Triathlon. M’hemmx bzonn wiehed jinvesti hafna flus biex jibda dan l-isport: bizzejjed ikollu x-xewqa u l-kurzità li jesperimenta.
Kull sena, l-Assocjazzjoni Maltija tat-Triathlon, flimkien mal-B’Kara St Joseph Sports Club, torganizza serje ta’ avvenimenti indirizzati kemm ghal dak li ghadu ha jibda kif ukoll ghal min ilu s-snin jippratika t-Triathlon.
Minn Frar, l-Assocjazzjoni torganizza sensiela ta’ Swim-Runs fil-Pixxina tal-MFA, f’Ta’ Qali. Dawn is-Swim-Runs huma qosra biex jattiraw lil min ghadu jibda jippratika xi sport u jinzammu filghodu fil-festi pubblici.
Fl-ahhar tmiem il-gimgha ta’ Marzu, l-Assocjazzjoni torganizza il-Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon. Dawn jikkonsistu f’girja ta’ 5km, tota ta’ 30km u girja ohra ta’ 3km. Minhabba li din it-tellieqa hija Kampjonat, is-soltu tattira l-ahjar atleti, imma hafna atleti ohra li l-ghawm ma jinzlilhomx, jiehdu sehem ukoll.
Fil-bidu ta’ Mejju 2010, il-Kumitat Olimpiku Malti u l-CONI Sicilia, ser jorganizzaw ir-raba’ edizzjoni tal-Loghob tal-Hbiberija tal-Mediterran. Triathlon huwa wiehed minn dawk l-isport li ser jigu organizzati ghal dawn il-loghob.
Matul is-Sajf, il-B’Kara St Joseph Sports Club ser jorganizza Serje ta’ erba’ Sprint Triathlons. L-Isprint Triathlon tikkonsiti f’ghawma ta’ 750m; rota ta’ 20km u girja ta’ 5km. It-tlielaq ser isiru fit-13 ta’ Gunju, fil-11 ta’ Lulju, fil-5 ta’ Settembru u fid-19 ta’ Settembru. It-tlielaq kollha jsiru fil-Coast Road tas-Salina, taht il-Coastline Hotel.
L-istagun jigi fi tmiemu bil-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon li jsiru fl-ewwel tmiem il-gimgha ta’ Ottubru. Din it-tellieqa tiddetermina ic-Champion ta’ Malta kemm fil-kategorija tal-irgiel kif ukoll f’dik tan-nisa u ssir is-Salina fuq distanza Olimpika, jigifieri ghawma ta’ 1500m; rota ta’ 40km u girja ta’ 10km.
F’dawn it-tlielaq kollha jinzammu kategorija ta’ Relay Team, jigifieri, ghawwiem, ciklist u atleta jidhlu bhala tim u jaghmlu t-tellieqa bejniethom.
Ghal dawk li jaspiraw biex jintaghzlu ghat-tim nazzjonali, l-Assocjazzjonali flimkien mal-Kumitat Olimpiku Malti, jorganizza il-Kampjonati tat-Triathlon tal-Pajjizi z-Zghar tal-Ewropa, li f’Awwissu 2010 ser isiru f’Liechtenstein.
Min hu nteressat biex isir jaf aktar dwar dawn l-avvenimenti, huwa mistieden jzur l-website tal-Assocjazzjoni: www.maltatriathlon.org jew dik tal-Klabb ta’ B’Kara: www.bkarastjoseph.com. L-Assocjazzjoni tista’ tigi kkuntatjata f’dan l-indirizz:
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
filwaqt li l-klabb jista’ jigi kkuntatjat fuq
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
. Min jixtieq xi informazzjoni dwar tahrig fiziku ghandu jikkuntatja l-kowc nazzjonali, Dermot Galea, fuq
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

| < Prev | Next > |
|---|






