Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Titwaqqaf l-Amputees4Amputees

E-mail Print PDF
Share

ampuFir-Razzett tal-Hbiberija, il-bierah giet imnedija b’mod ufficjali l-ghaqda Amputees4Amputees bil-ghan li toffri sostenn lil dawk il-persuni li tilfu saqajhom.


Fi kliem il-President Amy Zahra, “l-ghan ewlieni tal-ghaqda hu li noffru sostenn lil xulxin. Li titlef parti minn persuntek hija trawma kbira, izda nhossu li l-ghajnuna ta’ xi haddiehor li jkun ghadda mill-istess esperjenza hija imprezzabbli. Hassejna wkoll il-bzonn li noffru edukazzjoni kemm fuq kif tiehu hsieb tieghek innifsek u anki fuq l-uzu tas-saqajn artificjali.”

L-inizjattiva ta’ din l-ghaqda bdiet mis-sena l-ohra permezz ta’ grupp zghir ta’ amputees hbieb li bdew jorganizzaw l-ewwel laqghat bejniethom. Fil-25 t’Ottubru mbaghad kienet saret l-ewwel laqgha ghall-membri fir-Razzett tal-Hbiberija, u minn hemm l-ghaqda qatt ma harset lura u baqghet tikber sakemm gie ffurmat il-kumitat.  Il-membri ta’ din l-Assocjazzjoni, li digà jlahhqu ghal madwar erbghin, jiltaqghu kull xahar fir-Razzett fejn hemmhekk jaqsmu l-esperjenzi taghhom u jaghtu l-appogg lil xulxin.


Zahra tiddeskrivi ma’ KullHadd l-isfidi li l-amputees jiffaccjaw fil-hajja ta’ kuljum. “Sfida ewlenija hija dik tal-parking, fejn sfortunatament il-pubbliku generali gieli ma jaghrafx li dan huwa ta’ bzonn ghal nies bhalna u allura xorta jipparkjaw fil-parking rizervat minghajr il-blue badge. Dan apparti li jkun hemm min jabbuza mill-istess badge.”


“Apparti minn hekk, hemm l-isfida tal-accessibilità, kemm fit-toroq u l-bankini, kif ukoll f’postijiet pubblici u tad-divertiment,” ziedet tghid Zahra.
Madankollu hi ssemmi wkoll l-ikbar sfida ghall-amputees: ‘li taccetta t-telfa u din hija sfida ghal kull persuna ta’ kull età.”


Dwar is-saqajn artificjali, Zahra tghid li biex wiehed jitghallem jimxi jrid ikollu dedikazzjoni kbira u sieq artificjali komda. “Wiehed jehtieg izomm f’mohhu li sieq artificjali ghalkemm issir ghodda tajba, xorta wahda hija estenzjoni u ghalhekk hu bzonn indispensabbli li din tkun komda, biex inti tkun tista’ timxi fuqha. Wiehed irid jitghallem izomm il-bilanc u jimxi biha u mhux la kemm taqbad u tilbisha u titlaq timxi.”


Mistoqsija minn KullHadd dwar jekk hawnx bizzejjed gharfien dwar l-isfidi li ghandhom l-amputees, Amy Zahra wiegbet fin-negattiv. “Le ma nhossx li ghandna gharfien bizzejjed, forsi ghax qatt ma nkunu ltqajna ma’ xi hadd li hu amputee. Jiena qabel ma tlift saqajja ovvjament qatt ma kont nahseb fuq dawn l-affarijiet, izda issa naf xi jsarrfu certu nuqqasijiet.”


“Fil-fatt wiehed mill-ghanijiet tal-assocjazzjoni huwa li nqajmu kuxjenza dwar l-amputees biex b’hekk kulhadd ikun jista’ jaghraf xi tfisser li tkun amputee.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata