Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Bagit riciklat iehor ghal Ghawdex

E-mail Print PDF
Share

giovanna_debono_Biex tara x’kredibbiltà jista’ jkollu l-bagit imressaq mill-Ministru tal-Finanzi, Tonio Fenech, nhar it-Tnejn li ghadda bizzejjed jekk wiehed ihares ftit lejn iz-zewg pagni li dan il-bagit fih dwar il-gzira t’Ghawdex.


Nofs il-proposti li jissemmew bhala “investimenti u inizjattivi ohra” huma riciklati minn bagits tas-snin ta’ qabel. Fil-fatt qeghdin ikunu imwieghda ghat-tielet darba infila wara li fl-ahhar snin baqghu ma twettqux mill-gvern ta’ Lawrence Gonzi.

Minbarra l-hafna kliem sabih dwar Eko-Ghawdex, il-bagit ghas-sena 2010 isemmi sitt proposti ghal Ghawdex li ilna nisimghu bihom zmien.


Jekk wiehed ihares lejn il-bagits tal-ahhar sentejn jirrizulta li nofs dawn il-proposti ssemmew ukoll fil-bagits ghas-sena 2008 u s-sena 2009.  
Fil-bagit ta’ din is-sena intqal li se ssir “ir-riabilitazzjoni tal-Gonna ta’ Villa Rundle fic-centru tar-Rabat, b’investiment ta’ 1.3 miljun ewro.”  
Dwar dawn l-istess gonna, fil-bagit ipprezentat mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi f’Novembru 2007 intqal hekk: “jitlesta l-progett ta’ ribalitazzjoni ta’ Gnien Villa Rundle fir-Rabat.”


F’dan il-kaz il-prospetti li dan ix-xoghol jiehu spinta ‘il quddiem hadu daqqa lura hekk kif nhar il-Gimgha kien ikkancellat it-tender bin-numru CT279/2009 li kien mahsub biex jingaggja l-kuntrattur li kellu jghamel ix-xoghol fuq Villa Rundle.


M’ghandniex xi nghidu l-istess proposta dwar Villa Rundle kienet imnizzla wkoll fil-bagit tas-sena l-ohra, bhal ma kienu wkoll proposti ohrajn.
Fl-2007 kien gie mwieghed ukoll li “fl-isptar t’Ghawdex se tigi zviluppata Taqsima tar-Radjologija u tigi mghammra wkoll it-tieni sala tal-operazzjoni moderna.”


Illum sentejn wara, l-gvern qieghed  jerga’ jiwieghed permezz tal-bagit ta’ dis-sena li f’Ghawdex ikun hemm “it-twaqqif tar-radiology unit.”
Din is-sena il-gvern qieghed jghid ukoll li bhala parti mill-bagit, li f’Ghawdex se ssir “it-trasformazzjoni tal-medda maghrufa bhala z-Zwieqa fl-Imgarr bhala promenade max-xatt tal-bahar, b’invesiment ta’ 1.3 miljun ewro.”


Anki din il-wieghda m’hijiex wahda gdida. Fl-2007 Lawrence Gonzi kien qal hekk: “jinbeda l-progett ta’ riabilitazzjoni tax-xatt taz-Zewwieqa u l-Port l-Antik tal-Imgarr.”


B’hekk nofs il-proposti ghal Ghawdex f’dan l-ahhar bagit m’huma xejn ghjar proposti riciklati li jekk xejn il-gvern ta’ Lawrence Gonzi ghandu jwiegeb ghaliex ghadhom ma twettqux wara tant snin.


Hemm tliet proposti ohra li ukoll ilna nisimghu dwarhom zmien twil u mhux l-ewwel darba li semmew u ftahhru bihom ministri tal-Gvern. Dawn huma il-Masterplan tac–Citadella, ir-riabilitazzjoni tal-widien u l-bini ta’ Waste Transfer Station gdida.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata