Jibqghu jintbaghtu l-kontijiet lill-mejtin
Fid-dipartiment tat-taxxi fil-Floriana qed jirrenja pandemonju shih hekk kif ghexieren ta’ persuni qed ikollhom jingabru fi kjus ma jispiccaw qatt biex jiccekkjaw dwar kontijiet tat-taxxa li rcevew ta’ qraba taghhom li ilhom li mietu s-snin.
Bit-tama li jigbor xi ftit miljuni ta’ ewros f’tentattiv biex b’xi mod jindirizza l-problema tad-deficit, il-Ministru Tonio Fenech habbar xi gimghat ilu li dawk li kellhom kontijiet tat-taxxa pendenti jistghu ihallsuhom sal-15 ta’ Jannar u jinhafrulhom partijiet mill-imghaxijiet u l-multi.
Din il-mizura kienet ikkritikata minn bosta hekk kif tista’ tati l-impressjoni li nholqot sistema li tippremja lil min ma jhallasx it-taxxa fil-hin billi tat forma ta’ amnestija. Izda aghar min hekk il-gvern baghat mijiet ta’ kontijiet lill-persuni li ilhom mejtin is-snin u li f’bosta kazijiet ma kellhom ebda taxxa dovuta xi jhallsu.
Ittra li waslet ghand dan il-gurnal hija ta’ persuna mill-Mosta li ilu mejjet ghaxar snin u li rcieva kont ta’ €331.
Lil dan ir-ragel li miet f’Awwissu tas-sena 1999 qalulu hekk: “Skont ir-rekords li ghandu d-dipartiment, sad-data ta’ din l-ittra inti ghandek bilanc ta’ taxxa sas-sena ta’ stima 2008. Issa ghandek l-opportunità li tibbenefika minn tnaqqis tal-multi u l-imghaxijiet.”
“Missieri ilu mejjet ghaxar snin u bil-pensjoni li kellu lanqas biss kien jinqabad fl-ammont taxxabbli”, qalet maghna bint dan ir-ragel li spjegat kif issa kellha sahansitra tmur ghand avukat u tidhol fl-ispejjez biex tiddefendi ruhha minn din l-ingustizzja.
Fil-fatt persuni differenti f’din is-sitwazzjoni qed jispiccaw jagixxu b’mod differenti.
Sahansitra hemm min sforz il-biza’, l-paniku u l-fatt li ma jkun irid jidhol f’ebda inkwiet qed jabqad u jhallas dawn il-kontijiet jekk ikun jiflah. Ohrajn qed imorru ghas-sodisfazzjon u ohrajn qed jiehdu pariri legali fejn ikollhom jidhlu anke fi spejjez.
Fix-xhur li ghaddew inghataw sentenzi mill-Qrati li jsostnu li kontijiet tat-taxxa li jmorru lura aktar minn tmin snin, fil-fatt huma preskritti u ma hemm ebda obbligazzjoni legali li jithallsu.

| < Prev | Next > |
|---|






