Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Li ma ntqalx

E-mail Print PDF
Share

stefan_zrinzoIl-gurnata tal-bagit tiftah dibattitu wiesgha dwar dak li jkun stqarr il-gvern, izda dan il-bagit, jiftah diksussjoni usa’ dwar dak li ma ntqalx fid-diskors tal-bagit izda li jirrizulta mill-analizi aktar wiesgha kemm tac-cifri ppubblikati kif wkoll minn fatti ohra li sehhew matul din is-sena.
Ma tistax toqghod biss fuq dak li smajna nhar it-Tnejn izda wiehed irid ihares lejn dak li l-gvern habbar is-sena li ghaddiet, x’wettaq minn dak li habbar, fejn wasalna llum u fejn verament se jmur il-pajjiz matul is-sena d-diehla.

ll-bagit ta’ nhar it-Tnejn inqara bi hsieb li jipprova jtaffi t-toghma morra li holoq il-gvern ftit aktar minn gimgha ilu meta stqarr illi t-tariffi tad-dawl u tal-ilma mill-gdid se jkunu qeghdin joghlew. Il-gvern wasal biex jghid li mar ghand l-Awtorità tar-Rizorsi ghall-approvazzjoni izda b’kemm qed jitlob li ghandhom joghlew, ma intqal xejn.


Mill-ewwel ghalhekk bdejna b’kalkoli inkonklussivi. Ma ntaqlux ic-cifri kollha u ghalhekk, il-familji u n-negozji kif wkoll is-setturi kollha tal-industrija, ma jistghux jaslu ghal mod konklussiv kif se jmorru wara Jannar li gej. Cifri li inhbew meta huwa dover li l-gvern jistqarr u jgharraf lill-poplu x’qed jitlob lill-Awtorità tar-Rizorsi, x’hemm lest minn wara l-kwinti ghall-poplu s-sena d-diehla.

Huwa nuqqas serju min-naha tal-gvern il-mod kif mexxa dwar id-dawl u l-ilma. Decizjoni li holqot u qed tohloq incertezza kbira. Ghalkemm il-bagit inkiteb biex itaffi ftit l-imrar tad-decizjoni tal-gvern, zgur li m’huwiex bizzejjed biex verament jaghti l-ixprun li huwa mehtieg biex pajjizna jerga’ jibda jirranka ‘l quddiem.

Id-diskors tal-bagit kien twil izda il-gvern ma ta ebda spjega kif is-sena li ghaddiet, minkejja li kien ghamel preambolu twil dwar il-krizi internazzjonali, kien bassar li se jkollna tkabbir ekonomiku u gara li l-ekonomija ckienet.  Il-gvern ghamel kalkolu ghal kollox zbaljat li minflok l-ekonomija kibbret b’aktar minn 2% spiccat biex ckienet b’2%.

Mill-gdid il-gvern qed jippjana tkabbir ekonomiku b’rata ftit ghola minn dak li qed tbassar l-Unjoni Ewropea. Minn imkien il-gvern ma jaghti spjejazzjoni kif dan se jsehh. Minn imkien ma jispjega kif din il-mira se tintlahaq. Dan fih innifsu jiskredita dak li l-gvern qieghed jghid. Il-poplu ma jistax joqghod fuq dak li qed jithabbar u l-gvern bl-ebda mod m’huwa qed jispjega car x’se jwettaq u dak li verament hemm lest ghall-pajjiz.


L-istess, il-gvern minkejja li s-sena li ghaddiet ftahar kemm se jonfoq flus fil-qasam tal-edukazzjoni, gara li matul is-sena nefaq biss ftit aktar minn 40% tal-flus ivvutati. Mela minn banda l-gvern jivvota l-flus biex isiru l-affarijiet, izda l-istess gvern, m’ghandux il-hila li jmexxi tajjeb bizzejjed biex il-flus li jippjana li jonfoq f’settur juzahom kollha matul is-sena.

X’fiducja jista’ jkollok f’dak li qed jigi mhabbar jekk il-bagit li jithabbar jitkellem dwar is-tishih tal-ekonomija, meta l-gvern, ikollu fi hsieb u li jigbor €100,000,000 taxxi aktar? Jekk wiehed jara l-estimi finanzjari li l-gvern ippubblika mad-diskors tal-bagit, johrog car li l-gvern qed jippjana li dak li jigbor minn income tax, bolla, dazji u VAT ghas-sena d-diehla jizdied b’€100,000,000.

Id-diskussjoni dwar dan il-bagit se tkun qed tissokta fil-granet li gejjin, partikolarment ghada meta l-Kap tal-Oppozizzjoni jaghmel it-twegiba tieghu. L-analizi dwar dak li qieghed ihabbar il-gvern se tkompli ghaddejja. Il-poplu li qed jistaqsi dwar id-diskors, u dwar dak li ma ntqalx, se jibda jistaqsi minn hawn u ftit iehor dwar ir-rizultati li se jakkwista l-gvern u kif dak li l-gvern qed ifassal se jaffettwa l-livell tal-ghajxien tieghu. La l-gvern ma qalx kollox, it-twegiba ghadha gejja.

www.zrinzo.info

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Rain Shower AM Light Rain / Wind Scattered Showers Scattered Showers PM Showers
8C 10C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata