Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Analizi bla kantunieri

E-mail Print PDF
Share

mark_cutajarMa jistax jonqosli din il-gimgha niftah il-hsibijiet tieghi billi nikteb dwar ir-rugby, sport li snin ilu beda mix-xejn u issa qed niksbu sodisfazzjon liema bhalu. Min bhali nhar is-Sibt assista ghal loghba li rbahna kontra l-Izvezja setgha jimtela bis-sodisfazzjon u emozzjoni kbira.  Mhux biss ghax Malta rebhet fl-ahhar sekonda, izda wkoll ghal mod qalbieni ta’ kif dawn il-plejers jilghabu ghal flokk Malti.


Jekk ikollna mmorru lura fiz-zmien, ftit li xejn konna nisimghu bil-loghba tar-rugby f’pajjizna, sakemm il-Federazzjoni Maltija bdiet pjan ambizzjuz sabiex dan l-isport jikber.  Federazzjoni li kienet ghaqlija bizzejjed biex tisfrutta r-regolamenti internazzjonali u ggib f’pajjizna plejers li huma effettivament Maltin bhalna li però li kieku ma kienx ir-rugby ftit li xejn  kienu jersqu lejn Malta.  Dawn il-plejers u flimkien mal-entuzjazzmu tal- ohrajn Maltin li joqghodu Malta firxu sodda  u pedament sod li issa qed naraw il-frott tieghu.

Izda l-Federazzjoni ma waqfetx hawn,  rat kif ghamlet biex  mhux biss jigu r-rizultati fit-tim nazzjonali , izda li dawn  ikunu ta’ katalista ghal dan l-isport f’pajjizna.  Minn hemm ‘l quddiem, anke grazzi ghal introduzzjoni ta’ rugby fl-iskejjel sekondarji u organizazzjoni ta’ festivals ta’ tug rugby, kien hemm awarness generali fuq il-loghba u hafna bdew jipprattikaw ir-rugby.  Mhux hekk biss, kien hemm l-entuzjazzmu li gab mieghu l-klabb ta` Valletta li bla dubju ta’ spinta ’l quddiem ukoll lil din il-loghba .  Dawn l-elementi kollha  li qed jghinu fl-izvilupp tal-loghba.  Barra minn hekk il-loghba tar-rugby kibret ukoll fost in-nisa tant li ricentament fl-ahhar sena, r-rugby sevens femminili kiseb success internazzjonali li ukoll jawgura tajjeb ghal futur.


Issa r-rugby Malti jhares ’l quddiem sabiex ikompli jikber. Ir-rugby Malti li fit-tmun ghandu President li mhux biss ihobb il-loghba izda ghandu karriera professjonali ta’ success u ghalhekk huwa barra mill-isport jista’ jaghti l-kontribut professjonali tieghu biex il-loghba tibqa tikber.  Ma ninsewx li meta wiehed imur jara t-tim nazzjonali tar-rugby, wiehed ma jarax biss il-loghba  izda jara wkoll spettaklu, spettaklu li jigbed mhux biss nies izda anki sponsors lejn din il-loghba u ghalhekk l-investiment ikun jista’ jsir.  Bla dubju dawn in-nies  issa ghandhom bzonn  li jkollhom centru taghhom simili ghal dak li ghandhom tal-futbol u l-basketball f’Ta’ Qali, sabiex ikunu iktar jistghu jinvestu f’dan l-isport b’mod professjonali.  Ir-rugby Malti li tant kiseb success ghal pajjizna ghandu  bzonn l-ghajnuna sabiex ikompli jikber  Prosit u Awguri !!!


Kif qed nsemmu nies li qed jaghmlu gieh ghalina barra l-pajjiz, wiehed ma jistax ma jsemmix lil Daniel Bogdanovich, plejer ta’ talent enormi li ghal xi raguni jew ohra ftit li xejn kien rispettat ghat-talenti tieghu tant li ftit li xejn kien jissejjah fit-tim nazzjonali.


Issa John Buttigieg, kowc tat-tim nazzjonali,  anke minhabba l-wirjiet eccellenti li  qed jaghmel ma’ Barnsley fejn ripetutament qed ikun fost l-iskorers u anke l-ahjar plejer, rega’ sejjahlu mat-tim nazzjonali u mistenni li jkun fil-formazzjoni kontra l-Bulgarija.


Jien kont qrib Daniel fil-perjodu tieghu ma’  Marsaxlokk, fejn ghalkemm it-tim kollu kien tajjeb, huwa kien jispikka u ta’ kontribut enormi biex it-tim jirbah il-kampjonat.  Huwa minn dejjem kellu karattru riservat u forsi ghalhekk ma kienx plejer popolari daqs ohrajn, izda ghal dak li huwa talent,  Daniel ma huwa t-tieni ghal hadd.  Nispera li din l-esperjenza ohra fit-tim nazzjonali ddum kemm jista’ jkun ghax Malta fil-mument ma tistax tghaddi minghajru f’attakk li kien wiehed sterili hafna fil-loghbiet ta’ kwalifikazzjoni ghat-Tazza tad-Dinja 2010.  J’Alla mhux biss Daniel izda wkoll Michael Mifsud narawhom fit-tim nazzjonali.  Nawguraw lil Michael li jsib tim barrani malajr kemm jista’ jkun biex ikun jista’ jzomm il-livell tal-loghob tieghu fl-aqwa tieghu.

L-ahbar tal-mewt tal-gowlkiper ta’ Hannover u anke tat-tim nazzjonali Germaniz Enke hija riflessjoni ghal hafna, li f`din id-dinja verament il-flus mhux kollox u dawn il-plejers multimiljunarji huma umani wkoll.  Kulhadd inhasad b’din l-ahbar ta’ gowlkiper li meta kont tarah fuq it-televizjoni kien jidher b’sahhtu izda li issa sirna nafu li  internament kien ghadu qed ibati minn tragedja familjari, il-mewt tat-tifla tieghu.

Il-mewt ta’ Enke mhix xi haga rari fli sport li nistghu nghidu li sar biss successi, sponsors , flus u xejn iktar.  Niftakru ftit zmien ilu fil-mewt ta` Marco Pantani, ciklist li deher  li hadd ma jista ghalih u ftit wara sabuh mejjet f’kamra abbadunat minn kulhadd.  Jekk wiehed ifittex ftit u jara kemm kienu l-professjonisti fl-isport li nehhew hajjithom tibqa imbellah.  Sport li hafna drabi qed jitlef il-vera valur tieghu , l-valur uman.  Min jaf jekk Enke bi ftit aktar ghajnuna ma kienx ikun huwa l-protagonista tal-Germanja fl-2010.

Il-gimgha sportiva t-tajba lil kulhadd!!!

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata