Dominju assolut miz–zghazagh Ceki fuq dawk Maltin, specjalment fl-ewwel taqsima, msarraf f’erba’ gowls u ebda risposta. Differenza kbira f’dawn iz-zewg timijiet partecipanti fi Grupp 10 tal-Mini Turnament ta’ kwalifikazzjni ghal Kampjonat Ewropew ta’ Taht id-19-il sena. Ic-Ceki kienu mmexxija minn Folpreche u Jirasek li kienu wara kull bidu tal-azzjonijiet tac-Ceki.
Fit-tieni taqsima imbaghad l-unika haga pozittiva li wiehed jista’ jinnota ghal Malta kienet li ma qlajniex aktar gowls, irrangajna xi ftit tattikament u anki nistghu nghidu li z-zghazagh taghna grew ferm aktar mill-ewwel taqsima. Madanakollu anki dan jittebba’ mil-fatt li c-Ceki ma baqghux jinsistu biex jiskurjaw. Huma zammew il-pussess tal-ballun kwazi tul it-taqsima kollha.
It-tim Malti f’dan it-turnament beda l-Hamis b’telfa minima ta’ 0-1 kontra l-Olanda li forsi ttamatna xi ftit li nistghu mmorru tajjeb. Madanakollu din it-telfa dizastruza tellfitna kollox.
Min-naha tat-tim Cek, dawn bdew it-turnament b’rebha ta’ 3-1 kontra Cipru u kien biss fl-ahhar ghaxar minuti li skurjaw zewg gowls li tathom rebha tajba, peress li sa’ dak il-hin kienu ghadhom 1-1. B’hekk f’dan l-istadju inizjali deher li dawn setghu kienu tim li stajna nlahhqu mieghu.
Qabel il-partita ta’ Malta, l-Olanda ghelbet lil Cipru 5-1. Issa l-loghob li jonqos isir nhar it-Tlieta. Malta tilghab kontra Cipru fil-11.15 ta’ filghodu fil-grawnd Centinarju Ta’ Qali filwaqt li l-partita li tiddeciedi r-rebbieh tat-turnament dik bejn ir-Republika Ceka u l-Olanda tintlaghab ukoll fil-11.15 fil-grawnd tal-Hibernians Kordin.
Il-gowls li skurjaw ic-Ceki waslu fit-tmien minuta meta minn freekick ta’ Folpreche, il-ballun gie kklerjat qasir, gie ghand LADISLAV KREJCI li wahdu quddiem il-lasta ma kellux diffikultà jiftah li skor.
Fit-13-il minuta kross mix-xellug u daqqa ta’ ras ta’ PETR PUTZ tirdoppja ghac-Ceki.
Fid-29 minuta imbaghad kien hemm penalty kontra t-tim Malti meta Skalak twaqqa’ u r-referee li kien qrib mill-ewwel saffar biex SDENEK FOLPRECHE ma falliex mill-11-il metru biex ghamel li skor 3-0.
Fil-35 minuta freekick ta’ Folpreche u PETR PUTZ ghal darb’ohra bir-ras jiskorja t-tieni gowl tieghu u r-raba ta’ pajjizu.
Din kienet letteralment l-gheluq tal-partita peress li fit-tieni taqsima kif diga’ semmejna kien hemm pussess kontinwu tac-Ceki li izda ma skurjaw ebda gowl iehor. Xi azzjonijiet tac-Ceki kienu fis-57 minuta meta Folpreche qassam lejn Jirasek u dan b’xutt b’sahhtu ra lil gowler Malti Balzan isalva f’korner. Aktar tard imbaghad fil-75 minuta kien hemm freekick ta’ Folpreche li ghadda ftit gholi u zewg minuti wara kross mil-lemin ta’ Prikryl u xutt ta’ Krejci li Balzan salva tajjeb.
Skurjaw: Ladislav Krejci (8 min), Petr Putz (13 u 35 min), Sdenek Folpreche (29 min)
MALTA: Balzan, Y Cauchi (Bregnan), Grech, Fidele, E Cauchi, Camilleri, Pisani, Muscat (C Gauci), Micallef, Caruana, Tabone (M Gauci).
REP CEKA: Anderejko, Koutny, Machalicky, Putz, Folpreche, Polom (Vasicek), Skalak (Kucera), Jirasek, Krejci, Prikryl, Hora (Bradec).
REFEREE: Adrian MacCourt

| < Prev | Next > |
|---|








