Aktar minn elf student fil-Junior College iffirmaw petizzjoni li permezz taghha qed iheggu lill-Amministrazzjoni tal-Kullegg biex tiehu azzjoni fuq diversi punti dwar kif qed jinzamm dan il-kullegg.
Fuq inizjattva tal-Kunsill ta’ l-Istudenti tal-Junior College (KSJC), il-petizzjoni li se tigi ipprezentata lill-Principal fil-jiem li gejjin, titlob azzjoni fost l-ohrajn fuq problemi sanitarji li jezistu fil-kullegg, telqa u apatija generali, kif ukoll ukoll dwar is-servizz ta’ Wi-fi internet.
Dan is-servizz tal-internet kien ilu s-snin jigi mwieghed lill-istudenti tal-Junior College.
KullHadd huwa nfurmat li fil-bidu ta’ din is-sena skolastika l-istudenti kienu qeghdin igawdu minn dan is-servizz, izda wara biss xahar, ghal xi raguni dan twaqqaf.
Studenti li tkellmu ma’ KullHadd ikkritikaw ukoll l-apatija li qed tiddomina l-kullegg.
Dan wara d-decizjoni ta’ l-Amministrazzjoni li tnaqqas bil-kbir l-ammont ta’ attivitajiet li jistghu isiru mill-ghaqdiet ta’ l-istudenti.
Studenta partikolari sostniet li “l-attivitajiet li kienu jorganizzawlna kienu jwasslu biex l-istudenti jinvolvu ruhhom aktar, izda issa sfortunatament il-JC spiccat bhall-iskola li konna fiha qabel, jigifieri tigi biss ghal-lezzjonijiet u titlaq ‘il barra.”
Xoghlijiet jaqghu lura
Inkonvenjent iehor li qed jolqot lill-istudenti tal-JC huwa d-dewmien fix-xoghlijiet ta’ manutenzjoni li qeghdin isiru bhala parti mill-estensjoni tal-kullegg.
F’Lulju li ghadda, meta kienet qieghda zzur dawn ix-xoghlijiet, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Dolores Cristina, fil-prezenza tal-midja kienet qalet li l-bini tal-estensjoni kien mistenni jdum sal-ahhar tas-Sajf, jigifieri qabel ma l-istudenti jidhlu lura ghal sena akkademika gdida. Madankollu, ritratti li ghandu f’idejh dan il-gurnal juru kif dawn ix-xoghlijiet ghadhom fl-aqwa taghhom, tant li qed joholqu inkonvenjenti kbar u sahansitra diversi ghalliema lmentaw dwar dan waqt il-lezzjonijiet.
Ghalkemm f’Lulju li ghadda kien issemma l-ahhar tas-Sajf bhala z-zmien ta’ tlestija ta’ dawn ix-xoghlijiet ta’ kostruzzjoni, meta l-istudenti lmentaw dwar id-dewmien mal-Amministrazzjoni tal-kullegg, inghataw it-twegiba li “kollox jinsab miexi maz-zmien ippjanat u li x-xoghlijiet se jitlestew sa Ottubru tal-2010.
Jidher li hemm problemi wkoll f’dik li hija indafa, jew in-nuqqas taghha, tant li numru ta’ studenti jsostnu li s-sitwazzjoni xejn mhi pjacevoli, specjalment meta lanqas biss qed ikun hemm sapun fil-latrini.
Evidenti wkoll it-telqa f’partijiet ohra tal-kullegg, fejn sahansitra fis-soqfa jidhru wkoll ix-xorok. Ghaldaqstant l-istudenti qeghdin jistaqsu jekk il-kullegg hux se jkun maqsum bejn il-parti l-gdida u l-parti l-antika u mitluqa.

| < Prev | Next > |
|---|






