Kemm hadt gost nisma’ lill-prim Gonzi jerga’ jfakkarna li flimkien kollox possibbli. Ghax af li anki jien kont hbat se nibda naqta’ qalbi.
Kont bdejt naqta’ qalbi ghax in-numru ta’ nies jirregistraw ghax-xoghol zdied b’25 fil-mija.
Kont bdejt naqta’ qalbi ghax in-numru ta’ turisti li jzuru pajjizna ilu jonqos xahar wara xahar.
Kont bdejt naqta’ qalbi ghax naqsu kemm l-esportazzjoni u kemm l-importazzjoni.
Kont bdejt naqta’ qalbi ghax dawk li jhaddmu kienu qeghdin jghidu li jekk jaghtu z-zieda ghall-gholi tal-hajja kif suppost, se jintilfu l-impjiegi.
Kont bdejt naqta’ qalbi ghax id-deficit kompla jizdied. Kif kompla jizdied id-dejn nazzjonali.
Imma issa li l-prim Gonzi fakkarna li flimkien tassew kollox possibbli, serraht rasi.
2. Prosit
Ippermettuli nghid prosit kbira lill-prim Gonzi u lill-ministru Tonio Fenech. L-ewwelnett prosit lill-prim Gonzi talli ma ddejjaq xejn jghid prosit lill-ministru favorit tieghu, Tonio Fenech.
Din mhix kwistjoni ta’ favorit jew le. Lanqas hija kwistjoni ta’ jekk inkisrux il-kodici ta’ etika, jew le. Hija kwistjoni ta’ hekk haqqux prosit jew le. Xejn izjed u xejn inqas.
Jekk tridu tkunu tafu ezatt x’irrid infisser, kulma ghandkom taghmlu huwa li tfittxu x’inhu l-e-mail ta’ John Dalli biex tistaqsuh l-opinjoni tieghu. Imma rrid nghid ukoll prosit lil Tonio Fenech li, skont il-prim Gonzi, irnexxielu jgib lejn pajjizna l-investiment tal-kumpanija SR Technics, li hija kumpanija mill-Izvizerra, pajjiz li la huwa membru tal-Unjoni Ewropea, u allura huwa pajjiz li m’ghandux il-munità euro.
U mela jkun hawn min jghid li Tonio Fenech kien aktar mohhu fil-bejgh tal-lukanda Jerma u fix-xoghol li kien qieghed isirlu fid-dar tieghu f’Hal Balzan!
3. Ahjar tard
Ma jistax jonqos li llum niddedika hafna minn din il-kolonna, jekk mhux kollha, ghal dak li qal il-prim Gonzi nhar l-Erbgha. Kien hemm diversi siltiet mid-diskors tal-prim Gonzi li lili laqtuni.
Fost dawn kien hemm dik il-parti li kellha x’taqsam mal-kompetittività, fejn il-prim Gonzi gab fix-xejn il-kritika ta’ Joseph Muscat meta qal li l-gvern biddel fejn kellu jbiddel u bihsiebu jkompli jbiddel dawk l-affarijiet li ilhom jistennew tibdila 30, 20 u ghaxar snin.
Smajtuha hbieb, tieghi?! Forsi ma tajtux kasha meta kontu qeghdin tisimghu id-diskors tal-prim Gonzi, u huwa propju ghalhekk li ddicedejt li nigbdilkom l-attenzjoni ghaliha!
Nispera li qeghdin tifhmu x’qieghed nghid! Il-prim Gonzi se jbiddel dawk l-affarijiet li ilhom jistennew tibdila sahanistra 30 sena.
Il-Malti jghid ahjar tard milli qatt. U l-Inglizi jghidu better late than never.
4. Bhal-lum sena
Kulmin ra lill-prim Gonzi nhar l-Erbgha li ghaddew, zgur li m’ghandu l-ebda dubju f’mohhu dwar il-fiducja li ghandu l-istess prim Gonzi f’kull Malti u Ghawdxi li jghixu fuq din l-art helwa. Ghamila cara li nhar l-Erbgha mar fil-Parlament biex bid-diskors tieghu juri kemm ghandu fiducja fil-poplu Malti u Ghawdxi.
Ghalhekk ma stajtx nifhem ghaliex imbaghad ghamel enfazi qawwija, liema enfazi nghatat importanza anki mill-gurnalisti tal-PN (certament mhux fuq struzzjonijiet minn Kastilja) li l-bagit huwa tal-gvern, tal-imsiehba socjali u tas-socjetà civili.
Skont siehbu Toni l-Ghawdxi, din l-enfazi qawwija saret biex bhal daz-zmien sena, hadd ma jkun jista’ jwahhal fil-prim Gonzi jekk l-affarijiet ma jmorrux mija fil-mija kif inhu ppjanat.

| < Prev | Next > |
|---|






