Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Getting away with murder

E-mail Print PDF

jmicallefBid-differenza ta’ bosta artikolisti ohrajn fl-ahhar gimghatejn mhux se nkun qed nikteb fuq il-Bagit u x’hareg minnu. Wara kollox il-konkluzjoni tal-poplu fuq dal-bagit hija l-istennija, nghid jien, l-incertezza li tinhass ma’ kull min titkellem fuq kemm se jisplodu ‘il fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Fuq hekk biss qed jitkellmu n-nies.


Kien ghalhekk li llum hassejt li kelli nikteb fuq sitwazzjoni li f’pajjizna ilha tkarkar u kulma jmur qed tohrog aktar fil-berah. L-Inglizi ghandhom frazi li qed nuzaha bhala titlu ghall-artiklu tieghi. Jirreferu ghaliha biex jispjegaw kazijiet ta’ skandli jew ohrajn li ghalihom hadd ma jinzamm responsabbli. Ghalhekk getting away with murder. F’kelma wahda ma thallasx t’ghemilek. Konvint li f’pajjizna hafna minnkom bhali ilkom tinnotaw li kull skandlu jew irregolarità li jinqabdu fihom Ministri, Deputati, Sindki jew Kunsilliera tal-PN, dawn qatt ma jerfghu r-responsabiltà t’ghemilhom.

Ghal GonziPN xejn mhu xejn u kollox hu gustifikat. Jiddefendu lil xulxin b’kull mezz u kullimkien. Taht Fenech Adami, u bhalu l-istess Gonzi, skandli u kazijiet ta’ irregolaritajiet kbar kellna, u ghad ghandna kemm trid. Ahsbu ftit u araw qattx xi darba xi hadd minnhom refa’ jew jerfa’ r-responsabbiltà t’ghemilu. Ma tarax! Fl-amnestija skandaluza ta’ Zeppi l-Hafi jew il-helsien oxxen mill-habs tat-traffikant tad-droga Quieroz? Fit-tberbiq esagerat tal-miljuni kbar fuq it-toroq, il-mollijiet tac-Cirkewwa u l-Mater Dei? Fl-iskandli kontinwi fl-ADT u l-MEPA? Fl-iskandlu tal-Mistra? Fl-iskandlu tal-VAT? Fl-iskandlu tax-xiri tal-powerstation il-gdida f’Dellimara? Li kieku kelli nibqa’ ghaddej nikteb lista bla ma tintemm fuq skandli, irregolaritajiet u korruzzjoni li ma jispiccaw qatt u li ghalihom l-ebda ras ta’ xi ministru, jew ras gholja tal-PN qatt ma nzammet responsabbli jew irrizenjat.

Mhux talli hekk, talli f’kull kaz tara lil GonziPN li mhu xejn differenti minn ta’ qablu, jiddefendi u jekk ma tridx jattakkaw lura lil min ikun sab il-kuragg jitkellem fuq l-abbuzi, il-korruzzjoni, jew l-irregolarità skont il-kaz. Din hija s-sitwazzjoni li zviluppat f’pajjizna matul snin ta’ hakma ta’ gvernijiet Nazzjonalisti. Ghalhekk id-dibattitu fuq kif in-nies qed titlef il-fiducja fil-politici Maltin qed jizdied.

U la qed nitkellmu fuq responsabbiltà politika, u fuq kollox it-trasparenza fit-tmexxija, kif nista’ ma niktibx fuq zewg kazijiet li nqabad fihom f’temp ta’ xahar wiehed biss, il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech.

Fl-eqqel tat-thejjija tal-Bagit isir maghruf li l-ewwel mar xalata flimkien ma’ membri tal-familja tieghu fuq jet privat biex jara loghba futbol fi Spanja ma’ zewg negozjanti kbar jekk mhux l-akbar f’pajjizna. Ftit wara jfaqqa kaz ferm aghar mix-xalata ta’ Tonio Fenech fi Spanja. Din id-darba Tonio Fenech jinqabad fi storja fejn allegatament xoghol ta’ 70,000 ewro fuq il-faccata u l-intier tad-dar privata tieghu kellu jithallas minn zviluppatur kbir iehor f’pajjizna (JPM) u dan bhala hlas bi pjacir. Fuq negozju li l-istess zviluppatur kien ghaddej bih.

Kien ghaddej bih mal-istess zewg negozjanti li Tonio Fenech mar maghhom ghax-xalata fi Spanja. Minghajr l-icken dubju  li kieku dawn iz-zewg kazijiet graw lil xi ministru fl-Ingilterra, Spanja, Franza, il-Germanja, il-Belgju, ir-rizenja tal-ministru kienet tkun inevitabbli. Imma f’Malta taht GonziPN dawn l-istandards Ewropej ma jezistux la fin-nofs ikun hemm ras ta’ ministru jew deputat Nazzjonalista jew xi ras gholja tal-gvern. Fl-ahhar kaz tieghu, Tonio Fenech jista’ jdahhal protesti gudizzjarji jew libelli kemm irid fil-Qorti.

Ghax Tonio Fenech jaf bizzejjed, li anke ghas-sahha tal-argument, li kieku l-kaz huwa kif qed jghid hu, il-percezzjoni tan-nies fuq l-allegat pjacir minn kuntrattur fuq id-dar privata tieghu hija li Tonio Fenech mexa jew ghamel xi haga irregolari.

Din il-percezzjoni wahedha, iva twassal biex fuq dal-kaz Tonio Fenech kellu joffri r-rizenja tieghu lil GonziPN. Issa halliha li Gonzi nnifsu mill-ewwel hareg jiddefendi liil-ministru tieghu. Ghax lil hinn mill-qdusija u l-kliem sabih tal-PN hekk jahdmu bejniethom. Klikka wahda li biex issalva gildha, u l-poter, lesta taghmel minn kollox.

X’differenza mill-istorja ferm, ferm u ferm izghar fuq l-allegat kaz ta’ kif haddiem tal-Kunsill Lokali ta’ Haz-Zebbug li allegatament inqabad jahdem waqt il-hin tax-xoghol fuq il-bejt tad-dar privata tas-Sindku Zebbugi. Fuq dal-kaz is-Sindku Laburista ta’ Haz-Zebbug b’irgulija kbira, u sebat ijiem wara li sar maghruf dal-kaz, xehet ir-rizenja tieghu. Mhux ghalhekk imbaghad jien l-ewwel wiehed, fuq kollox, u bhala Laburist nistaqsi. F’dal-pajjiz tal-PN fuq kull skandlu jew kaz ta’ irregolarità jehilsuha lixxa b’kollox jibqa’ ghaddej. Tal-Labour le, tal-Labour iridu jaghtu l-ezempju anki fuq kazijiet ferm izghar mill-iskandli kbar tal-PN. Nistghu nibqghu sejrin hekk?

This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura