Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Id-duwwa ta’ Gonzi

E-mail Print PDF
Share

Imkien fid-dinja ma jsiru diskorsi twal saghtejn u nofs, hlief fil-Kuba fi zmien Fidel Castro fl-aqwa tieghu u fil-Parlament ta’ Malta meta gvern u oppozizzjoni suppost iwiegbu lil xulxin dwar il-bagit tal-pajjiz. Il-procedura parlamentari arkajika ta’ Malta tistabbilixxi li wara diskors tal-bagit mill-ministru tal-finanzi li jiehu armajn saghtejn u nofs, iwiegeb gimgha wara l-kap tal-oppozizzjoni b’diskors iehor ta’ saghtejn u nofs ohra. U l-pitghada jekk sadanittant ma jkollokx ahjar x’taghmel u ma tkunx spiccajt mohhok minxuf u stordut b’over-dose ta’ programmi kontra programmi u konferenzi stampi bir-rimi dwar il-bagit, jerga’ jwiegeb il-prim ministru b’diskors iehor ta’ bejn wiehed u iehor saghtejn u nofs ohra. X’dibattitu?

Dan zgur mhux il-mod kif isir dibattitu san fejn ghal kull botta li tinghata, il-pubbliku jippretendi li tinghata ukoll ir-risposta. Kemm jaghmel aktar sens li jkollok dibattitu fil-veru sens tal-kelma, b’numru ta’ repliki u kontro-repliki ta’ perezempju ghoxrin minuta l-wahda, fejn gvern u oppozizzjoni jinter-agixxu ma’ xulxin, isammru lil xulxin jekk hemm bzonn bl-argumenti li n-naha l-ohra ma tkunx tista’ tahrab minnhom minghajr ma twiegeb b’mod konvincenti.

Dr Lawrence Gonzi ddedika parti sew mid-diskors tieghu dwar il-bagit, madwar 25 minuta biex inkun ezatt, dwar progett li thabbar kum-binazzjoni propju dakinhar li kellu jwiegeb ghad-diskors ta’ Dr. Jo- seph Muscat. Progett b’investiment mill-Izvizzera fis-settur tat-tiswija tal-ajruplani li hu stmat li se jkun qed jimpjega madwar 350 haddiem fuq medda ta’ hames snin. Min- ghajr l-icken dubju, l-ahbar ta’ dan il-progett ghandha tferrah lilna lkoll, specjalment f’kuntest fejn mhuwiex facli li jigi attirat investiment ta’ din l-entità f’suq globalizzat fejn il-kompetizzjoni mir-rivali potenzjali taghna hija wahda harxa ferm.

Madankollu l-ewforija zejda tal-prim ministru Gonzi dwar dan il-progett nhar l-Erbgha li ghaddew fil-Parlament, la kienet proporz-jonata u wisq inqas f’postha. Ghax tajjeb kemm hu tajjeb, dan jibqa’ progett bhal hafna ohrajn li gew qablu fi zmien gvernijiet laburisti u nazzjonalisti tal-passat u li fl-ahhar mill-ahhar l-effett tieghu se jkun li jzid 70 impjieg gdid kull sena, fuq perijodu ta’ hames snin.
Panacea

Dr. Lawrence Gonzi ghogbu jistrumentalizza ghal finijiet politici partiggjani progett li wara kollox ghal minn se jaghmlu, huwa bicca negozju li zgur ma jridx li dan jitniggez mill-mikrobu tal-politika partiggjana. Il-progett tal-kumpannija minn Zurich SR Technics intuza u gie sfruttat minn Lawren- ce Gonzi bhala speci ta’ duwwa mirakoluza biex tnessina u tfejjaqna mill-kull mard, il-panacea, ir-rimedju ghal kull inkwiet u mard li qed ibati minnu pajjizna.

L-ebda progett tajjeb kemm hu tajjeb m’hu se jghin lil Gonzi jahrab mill-fatt li l-gvern tieghu huwa wiehed instabbli u mhux cert minnu nnifsu, ghax minn go hdanu stess hemm diversi esponenti tal-partit fil-gvern, li minn ghal haga u minn ghal ohra, li qed ihossuhom skomdi u mhux jaqblu mas-sistemi ta’ tmexxija u ma’ aspetti tal-politika tal-istess Gonzi. Diversi back-benchers qed ihossuhom imwarrba,  mhumiex stmati mill-partit taghhom stess, u forsi minghajr ma jafu qed iwasslu l-messagg li lanqas huma m’huma kalkulati li suppost maghdudin ma’ ta’ gewwa, ahseb u ara n-nies ta’ bar­ra t-triq kemm ihossuhom stmati.

Camouflage

L-ebda progett tajjeb kemm jista’ jkun tajjeb m’hu se jservi ta’ camouflage biex jahbi l-fatt l-maggoranza kbira tal-familji Maltin u Ghawdxin ghadhom ma jafux fhiex se jkunu qeghdin s-sena d-diehla u kemm se jirnexxilhom ikampaw fic-cirkostanzi. Lilhinn mir-retorika u x-xejxi tal-bagit, ghadna ma nafux se jkun laqatna matul is-sena d-diehla, ladarba ghadu ma thab- barx b’kemm ezattament se joghlew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Maz-zidiet fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li se nircievu fid-djar taghna, irid jizdied ukoll l-multiplier effect taz-ziediet fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li se jircievu dawk li jimmanifatturaw il-prodotti li nikkunsmaw u dawk li jipprovdu s-servizzi li nixtru. Li hu zgur li bil-qabza f’dawn il-kontijiet li giet registrata fis-snin li ghaddew, digà huma esagerati kif inhuma llum u holqu problemi u tbatija bizzejjed, ahseb u ara x’effett aktar devastanti se jkollhom la jithabbru z-zidiet il-godda.

L-ebda progett barrani m’hu se jnessina l-fatt kif il-gvern patronizzanti, arroganti u skreditat ta’ Lawrence Gonzi ddegenera sal-punt li qed jispicca jattakka propju dawk l-istituzzjonijiet li waqqaf hu stess bhall-Awditur tal-MEPA biex jghassu u jigbdu l-attenzjoni ghall-irregolaritajiet u ksur ta’ ligi. Meta tqies li  r-regolaturi f’pajjizna ghadhom fil-bidu taghhom u sistema effettiva ta’ checks-and-balances ghadha qed issib saqajha, dawn l-attakki la jghinu u zgur mhumiex ta’ awgurju tajjeb. Indirettament qieghed jintbaghat messagg lil min xoghlu hu li jghasses u jsaffar is-suffara, li jekk mhux se jbaxxu rasu ghal Gvern se jispicca attakkat

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata