Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Mifsud Bonnici kisbet l-appogg tal-imwarrba

E-mail Print PDF

mifsud_bonnici_paula_6_of_6_2008_jan_07Paula Mifsud Bonnici li kienet eletta bhala president tal-Kunsill Generali tal-Partit Nazzjonalista (PN) kellha l-appogg ta’ dawk li fil-PN gew imwarrba mit-tmexxija tal-Kap Lawrence Gonzi u s-Segretarju Generali Paul Borg Olivier. Imkejjen fid-Dar Centrali spjegaw ma’ KullHadd li kull ma jmur qed jirrizulta dejjem iktar li r-rebha qawwija ta’ Mifsud Bonnici kienet dovuta wkoll ghall-fatt li dawk imsejjha bhala “mwarrba” sabu f’Mifsud Bonnici c-cans li jpattuha lit-tmexxija tal-Partit. Dan fid-dawl li t-tmexxija kienet qed tappoggja lil Castaldi Paris.

Fost dawn kien hemm Sergio Carbonaro li l-amministrazzjoni ta’ Gonzi, Borg Olivier u dak iz-zmien Victor Scerri lanqas biss hallewh jikkontesta l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali f’Birkirkara.

Anki jekk Sergio Carbonaro kien ikkonferma mal-ufficjali tal-Partit li ried jikkontesta l-PN ma kienx ipprocessa l-kandidatura tieghu.

Fl-ahhar gimghat Carbonaro hadem kemm felah favur il-kandidatura ta’ Mifsud Bonnici u hekk kif thabbar ir-rizultat Carbonaro deher wara Mifsud Bonnici fejn evidenti fuq wiccu kien hemm arja kbira ta’ sodisfazzjon.

Intant b’rabta mal-istess elezzjoni fid-Dar Centrali tezisti rabja kbira ghan-nies tad-deputat Kap u Vici-Prim Ministru Tonio Borg ghax fi kliem dawk vicin il-magna, Borg gab l-interess tieghu qabel dak tal-partit.

Fil-fatt in-nies ta’ Tonio Borg kellhom struzzjonijiet cari biex jappoggjaw li Paula Mifsud Bonnici. Dan fid-dawl li Ian Castaldi Paris huwa wkoll kandidat fuq it-tmien distrett li minnhu jkun elett Tonio Borg.

Ta’ Tonio Borg ma riedux li Castaldi Paris jkollu kariga li ttih iktar pubblicità u ghalhekk marru kontra xewqa tal-fazzjoni ta’ Gonzi li jappoggjaw lil Castaldi Paris.

Filwaqt li l-maggoranza tal-imwarrba fil-PN appoggjaw lil Mifsud Bonnici, hafna ohra ma marrux jivvotaw.

Fil-fatt kien hemm 11% tal-kunsilliera li ma marrux jivvotaw. Dan minkejja li min ma setax imur jivvota fid-data originali nghata cans jivvvota gimgha qabel.

KullHadd jinsab infurmat li l-ufficcju tas-Segretarju Generali huwa mhasseb bil-kbir b’dan kollu u imbarka fuq ezercizzju biex jara x’wasal ghal dan.

Min-naha l-ohra, fuq struzzjonijiet ta’ Borg Olivier, fil-media tal-PN sar sforz biex jaghtu dan kollu billi fir-rapportagg tal-kunsill generali il-hin kollu beda jissemma li s-sala kienet ippakjata bin-nies.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura