Dingli 1Msida 2
Dingli Swallows kienu tajbin fl-ewwel taqsima izda pattew qares wara l-mistrieh ghal xi cansijiet li tilfu ghaliex fit-tieni taqsima kienu Msida St Joseph li ghamlu sforz tajjeb u rnexxilhom idawwru telfa f’rebha li hasdet lil Dingli ghal kollox. B’din l-ewwel rebha taghhom fil-kampjonat Premier Msida hadu ftit tan-nifs u biha nqalghu minn qiegh il-klassifika.
Dwar Dingli wiehed irid jghid li meta dawn weggghalhom Da Silva u kellu jinbidel wara 40 minuta loghob huma hassew hafna n-nuqqas tieghu kemm f’nofs il-grawnd kif ukoll fl-attakk.
Bhalma diga’ semmejna Dingli kellhom l-ewwel taqsima tajba u ma damux wisq ma skurjaw. L-ewwel kellhom attakk tajjeb fir-raba’ minuta meta minn azzjoni mil-lemin, kross ta’ Okonkwo, ballun ghand Spiteri li xxuttja, izda l-gowler Bartolo rnexxielu jimblokka. Imbaghad wara 11-il minuta loghob wasal l-uniku gowl tas-Swallows. Korner ta’ Da Silva, ghola tajjeb in-Nigerjan JOSEPH OKONKWO u b’daqqa ta’ ras preciza tefa’ fix-xibka ghal 1-0.
Da Silva kompla ftit wara meta qassam lejn Okonkwo ghal darb’ohra b’dan jipprova xutt ta’ precizjoni li izda ghaddielu jhakkek mal-lasta.
Msida kellhom xutt fl-24 minuta ta’ Micallef minn barra l-kaxxa bil-gowler Jeffrey Farrugia jsalva. Erba’ minuti wara xutt din id-darba fuq in-naha l-ohra, ta’ Okonkwo li ghadda ftit barra.
Fil-35 minuta minn azzjoni personali ta’ Doda ghal had-Dingli, li qabez zewg plejers izda imbaghad ixxuttja barra. Tliet minuti wara fuq in-naha ta’ Msida pass ta’ A Farrugia lejn Micallef, kross lejn Latttes li xxuttja izda J Farrugia salva tajjeb mal-art.
L-ahhar azzjoni tat-taqsima, meta wara xoghol tajjeb ta’ Formosa ghas-Swallows, li qabez zewg difensuri, qassam lejn Okonkwo li dar u xxuttja, izda l-gowler Bartolo salva.
It-tieni taqsima bdiet b’zewg attakki ta’ Dingli li wiehed jista’ jghid kienu l-unici ta’ din it-taqsima ghalihom. L-ewwel attakk spicca b’xutt ta’ Caruana salvat minn Bartolo u imbaghad kien hemm girja ta’ Cachia u xutt li Bartolo rega’ nnewtralizza.
Fit-72 minuta wasal il-gowl tad-draw ghall-Imsida. Kross mil-lemin ta’ Lattes, u xutt b’sahhtu mill-ewwel ta’ ADAM SPITERI ma ta ebda cans lil J Farrugia fil-lasta ta’ Dingli.
Fit-78 minuta kross ta’ Curmi mil-lemin u xutt ta’ Formosa jsalva l-gowler J Farrugia.
Fit-80 minuta pass lura hazin ta’ Conceicao, approfitta T Farrugia li kien mal-attakk izda x-xutt tieghu minn qaghda tajba kien zbaljat.
Il-gowl tar-rebha tal-Imsida wasal fl-84 minuta. Pass ta’ Lattes lejn TYRONE FARRUGIA li minn barra l-kaxxa fajjar xutt li qarraq bil-gowler J Farrugia meta habat quddiemu u spicca fix-xibka ghal skor finali ta’ 2-1.
MSIDA SJ: Bartolo, Grima, Baldacchino, Sciberras, T Farrugia, Spiteri, Formosa (Saliba 91), Mifsud, A Farrugia (D’Amato 71), Lattes, Micallef (Curmi 60).
DINGLI S: J Farrugia, Conceicao, Spiteri, Doda, Formosa, Muscat, Cachia (E Farrugia 80), K Borg (Azzopardi 84), M Borg, Da Silva (Caruana 40),Okonkwo.
REFEREE: Clayton Pisani
PLEJER TAL-LOGHBA: Joseph Okonkwo Dingli Swallows

| < Prev | Next > |
|---|






