Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Ghal min?

E-mail Print PDF
Share

stefan_zrinzoL-istorja se tkompli u jidher li ghad ma rajniex it-tmiem taghha. Il-gvern ha decizjonijiet li mill-ewwel wasslu ghal kritika. Kritika dwar numru ta’ fatturi kemm ghall-mod kif ittiehdet id-decizjoni li jinghazel it-tip ta’ makkinarju ghall-estensjoni tal-power station ta’ Marsaxlokk kif wkoll ghal decizjonijiet ohra fosthom li jinbidlu ligijiet ambjentali biex din l-ghazla setghet issir.

Il-gvern, minkejja l-kritika, u minkejja li ha decizjoni kontra ghazliet ohra li kienu ttiehdu qabel, ghadda biex jiffirma l-kuntratt u jghaddi ghall-akkwist ta’ dan il-makkinarju. Akkwist ta’ miljuni ta’ ewro li jrid jigi segwit b’nefqa ta’ miljuni ta’ ewro ohra biex eventwalment inkunu verament konformi mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea.


Il-kuntratt gie iffirmat minghajr mal-gvern hass il-htiega li jinvestiga aktar dak li kien ghaddej, jew li jiehu pariri ohra jew Ii jistenna l-ezitu ta’ investigazzjonijiet li qed isiru mill-Ufficcju tal-Awditur Generali.


Flus il-poplu ghandhom jintefqu bl-ahjar mod possibbli u l-poplu ghandu jinghata l-ahjar rizultati bid-decizjonijiet li jkunu qeghdin jittiehdu. Il-poplu m’ghandux ihallas it-taxxa tal-korruzzjoni. Ghalhekk, il-Partit Laburista, b’mod mill-aktar responsabbli, ressaq mozzjoni biex din id-decizjoni tal-gvern tigi diskussa fil-Parlament.


Il-gvern ghazel li jipposponi din id-diskussjoni. Sabha konvenjenti l-iskuza li qed jistenna r-rapport tal-awditur qabel ma ssehh id-diskussjoni dwar dan il-kuntratt fil-parlament. Kontradizzjoni kbira li l-ewwel taghzel li tiffirma kuntratt li dwaru hemm kritika kbira, minghajr ma tistenna r-rapport tal-awditur u fl-istess hin, tistenna r-rapport biex tiddiskuti fil-parlament.


Jidher car li l-gvern m’huwiex komdu b’din is-sitwazzjoni. M’huwiex komdu li jiddiskuti dan il-kaz fl-oghla istituzzjoni tal-pajjiz f’dan il-mument. S’issa jidher li l-gvern qieghed jiddefendi l-ghazliet li ghamel. Ghazliet li fissru bidla fil-ligijiet ambjentali biex din l-offerta tkun tista’ tigi accettata, ifissru li se jkollna makkinarju li m’huwiex tal-ahjar tip ta’ tekonologija, li jipproduci madwar 31 tunnellata trab nociv kuljum, li se jwasslu biex dan ikollu jinbidel biex tiddahhal sistema tal-gass.


Issa jidher li din l-istorja se tiehu zvolta ohra. Il-Mexxej Laburista, f’laqgha li kellu mal-Awditur Generali indika taghrif ippubblikat f’media Daniza li tindika l-mod kif tahdem il-kumpannija. Stejjer li dehru dwar il-mod kif din il-kumpannija tmexxi biex tiehu l-kuntratti u kif gew trattati impjegati taghha meta kixfu dak li kien ghaddej. Ahbar li twasslek biex tghid – ara ghal min inbidlu l-ligijiet ambjentali ta’ pajjizna.


It-taghrif inghata lill-mezzi tax-xandir f’Konferenza tal-Ahbarijiet li wasslet ghal reazzjoni min-naha tal-gvern li jibghat ittra lil din il-kumpannija ghal kummenti taghha. Ahbar li qanqlet interess u li ghandha importanza ghax tkompli tispjega lill-poplu ghalfejn dan il-kuntratt ghandu jigi diskuss fil-parlament u ghalfejn il-gvern ghamel ghazla hazina.

 

Jidher izda li din l-istorja ma daqqitx ghal widnejn kulhadd. Hemm min ghogbu li jahbiha u ma jaghtihix l-importanzi li jixirqilha. Min ghandu l-obbligu li jwassal lill-pubbliku taghrif bhal dan li ghazel li din l-istorja ma jtihiex l-importanza ta’ headlines kif jixirqilha u mhux talli hekk, talli l-ghada filghodu hbieha u lanqas ghamel riferenza ghaliha.


Is-serjetà titlob li l-PBS ikun ta’ servizz lill-poplu billi ahbar bhal din tinghata l-importanza li jixirqilha. Il-PBS f’dan il-kaz naqas milli jaghmel dan u naqas bil-kbir. Dan m’huwiex accettabbli u ghalhekk il-htiega li l-Partit Laburista iressaq protest dwar il-mod kif saru l-ghazliet editorjali mill-PBS.

Il-poplu ghandu d-dritt li jkun jaf il-mod kif qed isiru d-decizjonijiet, ghal min jinbidlu l-ligijiet, kif jintefqu flusu u r-rizultati li se jkollu b’dawn in-nefqiet. Ghandu d-dritt li l-poplu jkun jaf Iil min ikun qed jaghzel il-gvern u xi jwassal lill-gvern biex jiehu decizjoni u mhux ohra.

Il-Partit Laburista mhux se jieqaf hawn. Se jara li l-poplu jinghata t-taghrif kollu li hemm. Se jara li jinghata t-twegibiet kollha ghall-mistoqsijiet. Il-poplu taghna jixraqlu ahjar.

Tislima

Nixtieq naghti l-kondoljanzi tieghi lil qraba ta’ Twanny Buhagiar li mieghu hdimt ghal xi zmien fil-qasam tax-xandir. Persuna li sal-ahhar bi tbissima lesta. Is-sliem Twanny.
www.zrinzo.info

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Rain Shower AM Light Rain / Wind Scattered Showers Scattered Showers PM Showers
8C 10C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata