Tliet punti ghal Hibernians li dawwru telfa f’rebha. Madanakollu kieku Tarxien Rainbows hadu c-cansis kollha li gewhom inkluz darbtejn wicc imbwicc mal-gowler avversarju Muscat l-istorja kienet tkun differenti ferm. Certament li Hibs qamu ghall-okkazjoni fit-tieni taqsima b’zewg gowls lejn l-ahhar, l-ewwel wiehed minn penalty ta’ Cohen u imbghad gowl stupend mid-daqqa ta’ ras ta’ Pulis.
Tarxien min-naha taghhom kienu kmandi ghal hafna hin specjalment tul l-ewwel taqsima u kienet ir-rabja lejn it-tmiem tal-plejers tal-Hibs li tellfithom il-loghba. F’dan il-hin tkecca wkoll il-captain tal-Hibs, il-gowler Mario Mifsud, izda minn hawn ’l quddiem huma qaghdu attenti hafna li l-attakkanti ta’ Tarxien ma jimpenjawx il-gowler sostitut Jonathan Caruana meta dan kien dahal bejn il-lasti ghax Hibs kienu diga’ ghamlu t-tliet sostituzzjonijiet. Wiehed irid isemmi hawn li Hibs kellhom neqsin diversi plejers bhal Galabov, Callejas kif ukoll Xuereb.
Il-partita bdiet mill-ewwel b’diversi attakki minn Tarxien. Wara tmien minuti pass ta’ Sadowski lejn Dos Santos li xxuttja barra. Zewg minuti wara pass din id-darba ta’ Dos Santos lejn Calabretta li kkrossja bil-ballun jinzel fuq il-mimduda izda l-ballun jibqa fil-grawnd bid-difiza ta’ Hibs tikklerja.
Fis-16-il minuta Rainbows fil-vantagg. Pass ta’ Tanti lejn MENDES RIBEIRO li b’xutt ghar-rokna tax-xibka ma ta l-ebda cans lil gowler Muscat biex isalva.
L-ewwel attakk denju ta’ nota tal-partita ghal Hibs wasal wara 21 minuta meta kross ta’ Grech, wara li l-gowler ta’ Tarxien Curmi ma kklerjax, lejn Malasenoks li mit-tahwida li nqalghet quddiem il-lasta kellu x-xutt tieghu imblukkat u Curmi din id-darba jsalva s-sitwazzjoni.
Fit-23 minuta Muscat fil-lasta ta’ Hibs salva b’diffikultà x-xutt ta’ Ribeiro wara li dan kien ircieva kross mil-lemin. Tarxien komplew meta fit-28 minuta kellhom korner ta’ Calabretta u daqqa ta’ ras ta’ Pereira b’Muscat jerga’ jkun prominenti b’save tajjeb.
Hibs kellhom azzjoni veloci fil-35 minuta b’Malasenoks javvanza ssikkat minn Pereira li hadlu l-ballun b’Curmi jbieghed il-periklu mil-lasta tieghu.
Ftit wara kellna azzjoni personali ta’ Barbara ghal Hibs li wara li qabez difensur sab lil-gowler Curmi jehodlu l-ballun minn saqajh. Hibs spiccaw it-taqsima fuq l-attakk meta kross ta’ Cohen u xutt mill-ewwel ta’ Herrera jigi salvat mill-gowler Curmi f’korner.
Tarxien bdew it-tieni taqsima wkoll fuq l-attakk. Fid-disa’ minuta kellhom freekick ta’ Camilleri bil-gowler Muscat jsalva bla diffikultà. Ftit wara Dos Santos approfitta minn zelqa ta’ Pearson u b’xutt b’sahhtu fil-baxx ra lil gowler Muscat isalva.
Issa kien imiss l-isforz qawwi tal-Hibs biex isalvaw il-partita u bdiet sensiela ta’ attakki kontinwi. Kellna kross xott fid-19-il minuta ta’ Herrera bil-gowler Curmi jdawwar f’korner. Azzjoni personali ta’ Barbara li wara li qabez zewg plejers ra x-xutt tieghu jigi mblukkat minn Pereira f’korner . Mill-istess korner ghal darb’ohra kien Barbara li kkonkluda izda Curmi jsalva.
Fit-80 minuta Hibs jiksbu d-draw. E Cauchi twaqqa minn Mintoff fil-kaxxa u mill-penalty ANDREW COHEN tefa’ fir-rokna tax-xibka. Zewg minuta wara Hibs kisbu dak li kellu jkun il-gowl tar-rebha. Korner ta’ T Caruana, joghla fuq kulhadd id-difensur ADRIAN PULIS li b’daqqa ta’ ras ma ta ebda cans lil Curmi jsalva.
Minuta mill-hin regolamentari tkecca l-captain tal-Hibs, il-gowler Mario Muscat ghat-tieni karta safra u peress li Hibs kienu diga’ ghamlu s-sostituzzjonijiet taghhom kollha kellu jidhol plejer bejn il-lasti u dan kien Jonathan Caruana. Minkejja li l-ahhar suffara tar-referee damet seba’ minuti d-difiza tar-Rahal Gdid ma hallietx l-attakkanti tar-Rainbows jimpenjaw lil Caruana biex l-iskor baqa’ ma nbidilx.
Skurjaw: Mendes Ribeiro (T) (16 min), Andrew Cohen (H) (pen 80 min), Adrian Pulis (H) (83).
TARXIEN R: Curmi, Sadowski (Shead 84), Camilleri, Calabretta, Pereira, Ribeiro, Tanti (Caruana 58), Decesare (Chircop 71), Vella Critien, Dos Santos, Mintoff.
HIBS: Muscat, Herrera (Camilleri 88), Pulis, J Caruana, Pearson, Tabone (E Cauchi 60), T Caruana, Barbara, Cohen, Malasenoks, Grech (Y Cauchi 66).
REFEREE: Clayton Pisani
PLEJER TAL-LOGHBA: Everton Antoinio Pereira Tarxien Rainbows.

| < Prev | Next > |
|---|






