Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Cahhduhom mid-dritt li jitghallmu l-Malti

E-mail Print PDF
Share

It-taghlim ta’ tfal ta’ genituri Maltin li jahdmu Brussell

Genituri ta’ tfal li jattendu l-Iskejjel Ewropej fi Brussell u Helsinki, se jitolbu formalment lill-Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina biex uliedhom ma jibqghux jiccahhdu mid-dritt li jaghzlu l-Malti bhala l-ewwel lingwa (L1).

Din it-talba se ssir wara li l-Ministeru taghha rrinunzjat ghad-dritt li l-Malti jintuza mit-tfal taghhom f’dawn l-iskejjel bhala l-ewwel lingwa.


KullHadd infurmat li dan hu l-uniku kaz fost il-pajjizi kollha li jattendu l-Iskejjel Ewropej, li minbarra ahna l-Maltin, kollha ghandhom id-dritt jistudjaw il-lingwa materna taghhom bhala l-ewwel lingwa.


Fis-sitwazzjoni ta’ bhalissa, it-tfal Maltin huma kostretti jaghzlu l-Ingliz bhala l-ewwel lingwa taghhom, u l-Franċiz jew il-Germaniz bhala t-tieni lingwa.


Il-Malti jista’ biss jigi studjat bhala t-tielet lingwa, jew inqas, u fil-primarja huwa suggett ekstrakurrikulari li jinghata waqt lezzjonijiet ta’ suggetti ohra jew waqt il-brejk ta’ nofsinhar, u li allura t-tfal Maltin ikollhom jghaddu minghajrhom.


Din is-sistema li nholqot biss ghall-Maltin qed tikkawza bosta problemi, jinsab infurmat KullHadd. Fost dawn hemm li l-Maltin huma zvantaggati fil-konfront ta’ shabhom minhabba l-lezzjonijiet li qed jitilfu f’suggetti ohra. Jirrizulta wkoll li l-lezzjonijiet tal-Malti huma tnejn jew tlieta fil-gimgha biss.


“Dan hu hafna inqas milli hu mehtieg biex it-tfal jiksbu livell ta’ taghlim accettabbli tal-Malti, izjed u izjed meta tqis li ftit li xejn ma huma esposti ghal-lingwa, ghall-kuntrarju tat-tfal li jghixu f’Malta li ghandhom l-opportunità jisimghu u jitkellmu l-lingwa l-hin kollu,” qalu l-genituri.


Jinghad ukoll li dawk it-tfal li l-genituri taghhom jehtigilhom imorru lura Malta, perezempju ghal ragunijiet ta’ xoghol, ikollhom livell ta’ Malti hafna inqas minn dak ta’ shabhom li f’Malta qed isegwu s-sillabu normali u li huma esposti kuljum ghal-lingwa Maltija.
Dan joholqilhom problemi kbar ta’ reintegrazzjoni f’Malta.


Dawk it-tfal li jissiehbu fl-Iskejjel Ewropej u ma jibdewx mill-ewwel sena qed ikollhom jidhlu f’nofs kors tal-Franċiz bhala t-tieni lingwa, li huwa ta’ livell ferm avvanzat, minghajr ma jkunu qatt studjaw din il-lingwa, meta l-kumplament tal-klassi tkun ilha tistudja das-suggett sa mill-ewwel sena tal-primarja.


Dan minbarra li jekk jidhlu fil-livell tas-sekondarja jigu mghallma zewg suggetti, l-Istorja u l-geografija, b’lingwa (il-Franċiz) li ma jifhmuhiex. Il-genituri sostnew li jafu b'familji li kellhom jergghu lura Malta, jew ihallu lit-tfal Malta ma' wiehed mill-genituri jew man-nanniet, jew ma jmorru xejn jahdmu fi Brussel minhabba din il-problema.

Snin ihabbtu wicchom mal-problema

“Ilna s-snin inhabbtu wiċċna, minghajr ma jidher li hemm soluzzjoni, ma’ problemi ta’ orarju u ta’ ekwivalenza tal-livelli minhabba li l-Malti hu mizjud bhala suggett ekstrakurrikulari minflok mhu integrat fl-orarju ezistenti ghall-ewwel,i t-tieni u t-tieliet lingwa skont is-sistema tal-Iskejjel Ewropej,” qalu l-genituri.


Sostnew li l-Malti kiseb gharfien prestigjuz bhala lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u ahna, minflok inkunu kburin b’dan il-fatt, qed inwaqqghu l-lingwa taghna ghal suggett zejjed li jinghata qisu xi konċessjoni, meta l-istess skejjel jinsabu disposti jaghtu lit-tfal Maltin l-opportunità jistudjawha bhala l-lingwa taghhom kif inhu xieraq.


“Xi genituri Maltin jippreferu li s-sitwazzjoni tkompli kif inhi, u zgur li ghandhom ir-ragunijiet taghhom ghal dan. Imma wliedna wkoll ghandu jkollhom id-dritt li jaghzlu l-Malti bhala l-ewwel lingwa, l-istess bhalma s-Sloveni, il-Latvjani u kull nazzjonalità ohra f’dawn l-iskejjel qed jistudjaw ilsien art twelidhom bhala l-ewwel lingwa,” qalu l-genituri.


“Ahna qed nitolbu li l-Maltin jitqiesu bhas-SWALS (Students without a language section) l-ohrajn, jigifieri li jkunu jistghu jaghzlu l-Malti bhala l-ewwel lingwa, Ingliz, Franċiz jew Germaniz bhala t-tieni lingwa, u xi lingwa ohra uffiċjali tal-UE bhala t-tielet lingwa. Fl-istess hin issuggerew li ghandha tibqa’ l-possibbiltà, ghal min irid hekk, li jitghallem il-Malti bis-sistema kif inhi bhalissa.
“Din mhix xi sistema li qed nivvintaw ahna, imma tezisti u ilha ghal bosta snin tithaddem b’suċċess fl-Iskejjel Ewropej. Inkunu wkoll qed insolvu l-problemi kollha msemmijin aktar ’il fuq, li huma kkawzati mis-sistema kif inhi bhalissa,” qalu l-genituri waqt sostnew li din il-kwistjoni ghandha tinghata l-attenzjoni urgenti li jixirqilha biex il-problema tkun tista’ tissolva qabel il-bidu tas-sena skolastika li  jmiss, ghall-gid ta’ wliedna u tal-lingwa Maltija.

Cristina ma twegibx

Intant b’reazzjoni ghall-ilment imressaq mill-genituri, f’nofs il-gimgha KullHadd baghat sensiela ta’ domandi lill-Kelliem tal-Ministru Dolores Cristina, u staqsa x’kienet ir-raguni li ghaliha l-lingwa Maltija ma baqghet wahda mil-lingwa tat-thaddim fl-Iskejjel Ewropej ghat-tfal Maltin u jekk il-Ministeru taghha hux konxju li d-decizjoni mehuda minnu li jirrinunzja ghal Malti bhala working language, qed tohloq pressjoni kbira fuq dawn it-tfa peress li f’hafna kazi qed jispiccaw jintalbu jwiegbu bil-Franciz. Ghalkemm, il-Kelliem ta’ Cristina kellu tlett ijiem shah biex iwiegeb il-mistoqsijiet li bghatnielu, KullHadd baqa’ bla twegiba sakemm morna ghall-istampa.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata