It-tnehhija tal-Monument tas-Sette Giugno 1919 minn Pjazza San Gorg
Id-decizjoni tal-Gvern li jnehhi il-monument tas-Sette Giugno mhux biss turi nuqqas ta’ rispett lejn dan l-avveniment storiku, izda tikser ukoll il-kelma li kienet inghatat mill-Gvern u l-kundizzjonijiet tal-permess li kien inghata mill-MEPA, qal il-bierah fi stqarrija Rodrick Galdes, il-Kelliem Laburista ghall-Ippjanar u l-Housing.
Huwa qal li meta saret l-applikazzjoni quddiem il-MEPA il-Gvern iddikjara li kien se jzarma dan is-simbolu Nazzjonali mahdum mill-iskultur Anton Agius sakemm isiru xoghlijiet fil-Pjazza San Gorg, u wara jerga’ jintrama f’parti ohra tal-istess pjazza sabiex dan ikun iccentrat mad-disinn tal-paviment.
Fl-ebda hin ma kien suggerit li dan il-monument artistiku ta' tifkira storika ghall-pajjizna jitnehha minn Pjazza San Gorg. Tant hu hekk li l-Heritage Advisory Committee tal-MEPA irrakkomandaw li l-monument innifsu ghandu jibqa’ f'dan il-lok minhabba l-istorja marbuta mal-grajja tat-tmexxija demokratika u tal-Parlament Malti.
Filwaqt li l-progett ta' tisbih ta' din il-pjazza ghandu l-approvazzjoni ta' kulhadd, hadd ma kien qed jistenna li dan is-simbolu u patrimonju Nazzjonali jitnehha bla ebda konsultazzjoni u bla ebda hsieb fejn se jkun rilokat.
Minflok, il-Ministru George Pullicino qal li dan il-monument jinsab go mahzen ghal decizjoni futura.
Roderick Galdes sostna li l-Partit Laburista jesigi spjegazzjoni ufficjali min-naha tal-Gvern u anki jekk il-MEPA hix se tittollera din l-arroganza u insensittività bi ksur ta’ ligi minn min suppost jaghti l-ezempju.
Intant qarrej ta’ dan il-gurnal baghtilna sett ta’ ritratti li ha fl-ahhar jiem fejn juru bic-car li certu xoghlijiet ma sarux skont is-sengha.
Il-qarrej taghna innota li l-bankijiet u l-konki li saru u li swew €134,000, l-ebda wiehed minnhom ma tmiss mal-art waqt li whud minn dawn il-bankijiet lanqas biss tista’ tpoggi fuq naha minnhom peress li m’hemmx spazju bizzejjed bejnhom u l-hadid li twahhal hdejhom.

Minn fg, December 06, 2009
| < Prev | Next > |
|---|






