Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Sandro DemarcoKredibbli, Onest u ta’ Integrita Professjonali

E-mail Print PDF
Share

cutting_1_copy_copyIl-Bord ta’ Dixxiplina tal-Bank Centrali dwar Sandro Demarco


Fit-18 ta Novembru 2008 fil-parlament il-Ministru Austin Gatt kien akkuza lil Sandro Demarco, impjegat tal-Bank Centrali, li kien ghadda informazzjoni kunfidenzjali dwar l-indici armonizzat tal-prezzijiet (HICP) lill-Partit Laburista. Jumejn wara l-Bank Centrali ta’ Malta kien habbar, fi stqarrija ghall-istampa, li wara l-allegazzjonijiet li ghamel il-Ministru Gatt fil-parlament, kien ta bidu ghal investigazzjoni mmexxija mic-chairman tal-Audit Committee.

Din l-investigazzjoni kkonkludiet li mhux talli Sandro Demarco ma ghadda ebda informazzjoni kunfidenzjali dwar l-HICP lill-PL, izda din l-informazzjoni kunfidenzjali lanqas biss kienet tezisti gewwa l-Bank Centrali. Sorsi qrib l-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), li hu responsabbli mill-HICP, qalu lil dan il-gurnal li l-NSO kien ukoll nieda investigazzjoni interna sabiex jistabbilixxi jekk xi informazzjoni dwar l-HICP inhargitx qabel ma din giet ikkomunikata lill-pubbliku, u gie konkluz ukoll li mill-NSO ma nharget ebda informazzjoni kunfidenzjali dwar l-HICP.


Inheba wara l-privilegg parlamentari


Ghalhekk, il-konkluzjoni ta’ dawn iz-zewg investigazzjonijiet juru minghajr ebda dubju li l-Ministru Austin Gatt kien gideb bl-aktar mod sfaccat fuq cittadin privat. Il-fatt li l-Ministru Gatt kien ghamel din l-akkuza fil-parlament jindika li hu kien jaf tajjeb li kien qed jigdeb u konxjament abbuza mill-privileggi parlamentari li jgawdi ghaliex qatt ma rrepeta din l-akkuza barra l-parlament sabiex jibqa’ protett mill-immunita’ parlamentari, u l-persuna akkuzata ma tkunx tista’ tiddefendi ruhha fil-qrati ta’ Malta.


L-irgulija titlob li l-Ministru Austin Gatt issa ghandu jaghmel apologija pubblika lil dan ic-cittadin u lill-familja tieghu b’dak li qal fuqu, u talli abbuza mill-privileggi parlamentari tieghu. L-irgulija titlob ukoll li f’kaz li l-Ministru Gatt jibqa’ jirrifjuta milli jaghmel dan, l-Ispeaker tal-Kamra, jekk mhux ukoll il-Prim Ministru Gonzi, ghandu r-responsabbilita’ li jiehu l-passi neccessarji f’dan ir-rigward.
Madankollu, wara din l-istorja ma kienx hemm il-Ministru Gatt wahdu. Dan ghaliex kien propju l-Ministru Tonio Fenech, fuq il-programm Xarabank tal-14 ta’ Novembru 2008, wara l-protesta storika li saret mit-trade unions kollha ta’ pajjizna, fejn ghall-ewwel darba kienet saret akkuza li kienet giet uzata xi informazzjoni kunfidenzjali dwar l-HICP mill-PL, ghalkemm il-Ministru Fenech qatt ma semma ismijiet ta’ min kien allegatament kixef din l-informazzjoni.


Madankollu, issa huwa car li anki l-Ministru Tonio Fenech kien gideb jew gie zgwidat minn xi hadd ghaliex l-investigazzjoni tal-Audit Committe tal-Bank Centrali ikkonkludiet li fl-analizi tieghu l-PL qatt ma ghamel xi uzu ta’ informazzjoni, la pubblika u wisq anqas kunfidenzjali, tal-HICP.  Mhux maghruf min fil-Ministeru tal-Finanzi, kien ta l-parir lill-Ministru Fenech biex jghid li c-cifri li kkwota il-mexxej Laburista Joseph Muscat kienu bbazati fuq uzu hazin ta’ xi informazzjoni kunfidenzjali tal-HICP, li bil-provi issa giet ikkonfermata li kienet gidba mill-bidu sal-ahhar.


Irresponsabbli


Apparti li l-Ministru Fenech f’dan il-kaz wera nuqqas ta’ responsabbilita’ meta ma vverifikax il-fatti sew qabel ma ghamel l-akkuzi tieghu fil-pubbliku, u hareg bil-fatti li kien hu l-inkompetenti u mhux Joseph Muscat, jidher ukoll li l-Ministru Fenech irnexxielu jdahhal fi xkora lill-Ministru Gatt meta bellahielu li kien hemm xi uzu ta’ informazzjoni kunfidenzjali dwar l-HICP fir-rapporti tal-PL dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma, u ghaqqad l-isem ta’ Sandro Demarco ma’ din il-gidba.
Madankollu, ma jistax ma jigix innutat il-fatt li filwaqt li l-Bank Centrali kien hareg stqarrija pubblika fl-20 ta’ Novembru 2008 fejn qal li l-allegazzjonijiet serji li saru mill-Ministru tal-Gvern fil-Parlament fil-konfront ta’ impjegat tieghu kienu qed jigu investigati mic-Chairman tal-Audit Committee, il-Bank Centrali kellu wkoll id-dmir li jaghti rendikont lill-pubbliku tal-ezitu ta’ din l-investigazzjoni, sabiex iserrahlu rasu u jissalvagwardja kemm ir-reputazzjoni tal-Bank kif ukoll tal-impjegat tieghu. Minkejja li l-Audit Committee temm l-investigazzjoni tieghu sa mill-15 ta’ Dicembru 2008, il-Bank Centrali wera nuqqas serju meta dan baqa’ qatt ma ghamel stqarrija pubblika biex jaghlaq dak li kien ghamel hu stess fl-20 ta’ Novembru 2008, li ghada tidher fuq il-websajt tieghu sallum.


Dan in-nuqqas serju jitfa’ dell ikrah fuq l-indipendenza fit-tmexxija tal-Bank Centrali. M’hemmx dubju li kieku dan l-impjegat instab hati tal-akkuzi migjuba kontrih, il-Bank Centrali kien ikun pront johrog stqarrija lill-pubbliku, bl-istess mod kif kien pront biex jghid lill-pubbliku li din il-persuna kienet qed tigi nvestigata. Izda l-fatt li l-investigazzjoni tal-Audit Committee kkonkludiet li ma kien hemm ebda hrug ta’ informazzjoni kunfidenzjali, u li dan l-impjegat kien ghamel semplici “review” tekniku ta’ rapport, li ma rrizultax li sar la waqt il-hin tax-xoghol tieghu w lanqas permezz ta’ uzu ta’ xi apparat tal-Bank, deher car li kien ser ikun ta’ imbarazzament qawwi ghall-Ministru Gatt billi l-Audit Committee kkonkluda li l-allegazzjoni tal-Ministru Gatt kienet wahda bla bazi w infondata.


Wiehed ma jistax ma jurix it-thassib tieghu kif il-Bank Centrali minflok ma juri sodisfazzjon li l-konkluzjoni ta’ din l-investigazzjoni kienet wahda li kienet ser isserrah mohh il-pubbliku li r-reputazzjoni tal-kunfidenzjalita’ fil-Bank Centrali baqghet intatta ghax l-akkuzi li saru kienu semplici gidba sfaccata, in-nuqqas ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku f’waqtha dwar il-konkluzjoni tal-investigazzjoni tal-Audit Committee tindika li l-Bank Centrali kien donnu aktar interessat li jghatti l-iskandlu li holoq il-Ministru Gatt nnifsu fuqu stess, bl-assistenza tal-Ministru Tonio Fenech.


Izda jidher li mhux talli t-tmexxija tal-Bank Centrali wriet sodisfazzjon ghall-ezitu ta’ din l-investigazzjoni, talli ninsabu nfurmati li wara li l-Audit Committee temm l-investigazzjonijiet tieghu, b’insistenza mill-Gvernatur w d-direttur tar-rizorsi umani tal-Bank Centrali, ittiehdu passi dixxiplinari fil-konfront ta’ Sandro Demarco. Din id-darba dan l-impjegat kien akkuzat b’konflitt ta’ interess fir-“review” tekniku li kien ghamel; li wera dizonesta’; nuqqas ta’ integrita’ professjonali; u li dan kien wassal biex jimbarazza l-Bank.


Ghaddewh martirju


Madanakollu, wara xhur twal li ha dan il-process u l-martirju li ghaddewh minnu dan l-impjegat, il-Bord ta’ Dixxiplina fit-3 ta’ Settembru 2009, ikkonkluda li Sandro Demarco ma kienx hati ta’ dawn l-akkuzi. Anzi, bil-maqlub, il-Bord ta’ Dixxiplina ddeskriva lil dan l-impjegat bhala persuna kredibbli, onest, u ta’ integrita’ professjonali, u ghaldaqstant il-Bord ta’ Dixxiplina ma rrakkomanda lill-Bank Centrali ebda mizura jew sanzjoni dixxiplinari fil-konfront tieghu. Ghal darb’ohra, minkejja li issa ghaddew tliet xhur mill-konkluzjoni ta’ din l-investigazzjoni, il-Bank Centrali baqa’ ma hareg ebda stqarrija lill-pubbliku, kif kien wieghed il-Gvernatur stess bil-miktub lil dan l-impjegat sa mill-bidu tal-investigazzjonijiet.


Ghala saru dawn l-akkuzi daqstant tqal fil-konfront ta’ dan l-impjegat sempliciment ghaliex kien ghamel “review” tekniku ta’ dokument tekniku, u n-nuqqas ta’ pubblikazzjoni tal-ezitu taz-zewg investigazzjonijiet li saru, taghti xamma qawwija ta’ partiggjanizmu w vendikazzjoni politika minn min insista li jsir dan il-process. Fil-fatt, ninsabu infurmati li fir-rapport tieghu, il-Bord ta’ Dixxiplina stqarr li l-premessa li fuqa l-Bank hassu mbarazzat u bena l-proceduri dixxiplinari li nieda, kienet diga’ ppruvata minn esperti li jgawdu l-fiducja tal-Bank stess, fl-investigazzjoni li mexxa c-Chairman tal-Audit Committee, li kienet falza u li ma tregix. Dan ifisser li l-Gvernatur tal-Bank Centrali, flimkien ma s-sur John Agius, ghogobhom jifthu proceduri dixxiplinari fuq premessa li kienu diga’ jafu minn qabel li kienet falza, kif kien stabbilixxa r-rapport tal-Audit Committee.


Barra minn hekk, mir-rapport tal-Bord ta’ Dixxiplina johrog ukoll li waqt il-process, il-prosekuzzjoni mmexxija mis-sur Agius, allegat li l-Ministru Gatt kien ikkwota cifra ekwivalenti f’surcharge tat-tariffi l-godda, li kienet differenti minn dik tal-PL, u li skont il-prosekuzzjoni l-Ministru Gatt kien attribwieha ghal l-istess impjegat f’isem il-Bank Centrali, meta t-transcript tal-Parlament juri li l-Ministru Gatt kien esplicitament attribwixxa l-kalkolu bhala wiehed li kien ghamlu hu nnifsu u mhux Sandro Demarco jew il-Bank Centrali.


Dan jixhed id-dizonesta’ u n-nuqqas ta’ integrita’ professjonali minn min mexxa l-prosekuzzjoni billi ipprova jibni kaz li Sandro Demarco mbarazza l-Bank b’diskors li suppost qal il-Ministru Austin Gatt fil-parlament, li effettivament qatt ma qalu, u kif qal ukoll il-Bord ta’ Dixxiplina, fuq premessi hziena, ghax kien diga’ jirrizulta li mill-investigazzjoni li kienet saret mill-Audit Committee, u kkonfermata mix-xhud ewlieni li ressaq il-Bank stess waqt il-process dixxiplinarju, li c-cifri fir-rapporti tal-PL kienu kollha korretti.


Effettivament, f’dan il-kaz hu evidenti li l-Bank Centrali mexa bl-ucuh meta mill-process dixxiplinarju rrizulta li l-Bank stqarr li kieku dan l-impjegat talab permess biex jaghmel dan ir-“review”, dan kien jigi michud sempliciment minhabba n-natura kontroversjali tas-suggett. Madankollu, mhux hekk kien mexa ma’ Gordon Cordina, dak iz-zmien impjegat tal-Bank Centrali, meta skont l-istess Bank, dan kien inghata permess li jaghti konsulenza bi hlas biex jikteb rapporti dwar l-effetti ta’ shubija ta’ Malta fl-UE fl-2000, meta minn qabel kien ovvju ghal kulhadd, inkluz il-Bank stess, li dak iz-zmien dan kien bla dubju suggett ta’ natura mill-aktar kontroversjali pubblika w politika.


Madankollu, mill-proceduri dixxiplinarji hareg li hemm dubji serji jekk fil-fatt dan l-impjegat kellux fil-verita’ permess ghal dan ix-xoghol ghaliex il-Bank Centrali baqa’ qatt ma pproduca ebda dokumentazzjoni bil-miktub, kif inhi l-prattika fil-Bank Centrali, li s-Sur Cordina kien talab permess u li dan gie diskuss ghall-approvazzjoni mill-Executive Management Committee, kif inhi l-prassi ghal kull min irid jaghmel xoghol partajm bi hlas. Jidher li f’dan il-kaz, wara li l-ex Prim Ministru Fenech Adami u l-Ministru tal-Finanzi ta’ dak iz-zmien John Dalli, kienu kixfu lil Gordon Cordina bhala wiehed mill-awturi ta’ dawn ir-rapporti dwar l-effetti ta’ shubija ta’ Malta fl-UE, u li kien thallas ghalihom, kien hemm xi membru tal-kumitat li pprova jghatti l-fatt li dan l-impjegat ma kellux permess billi semplicement stqarr li kellu permess minghajr ma pprovda ebda dokumentazzjoni.


Artikli moqzieza


Il-media tal-PN kienet ghamlet hafna storbju bil-kaz ta’ Sandro Demarco sena ilu. Sahansitra, kontra kull etika gurnalistika, kienu gabu wkoll ritratt ta’ dan ic-cittadin privat, bhallikieku kien xi kriminal. Minn dan il-kaz, jekk kien hemm xi hadd li hareg bl-unuri kien Sandro Demarco, u kien ta’ dizunur ghal dawk li ppruvaw jikkalpestaw lil din il-persuna. Zgur li l-irgulija u l-etika gurnalistika jitlobu li l-media tal-PN ghandha hi wkoll taghmel apologija pubblika lil din il-persuna privata ghat-tajn li waddbet minghajr ebda bazi u li kkundannawh hati qabel ma biss bdew l-investigazzjonijiet fuqu. Izda dwar dak li kitbet il-medja tal-PN fuq dan il-kaz hemm numru ta’ mistoqsijiet li jehtiegu jigu mwiegba mill-awtoritajiet koncernati.


Kienu dehru wkoll zewg artikli moqzieza fil-Mument tat-23 ta’ Novembru 2008, iffirmati minn Joe Mikallef, b’informazzjoni dwar movimenti ta’ safar ta’ dan l-impjegat, u fejn inkiteb li dan l-impjegat kien intalab jaghmel “dikjarazzjoni”, f’laqgha li kellu mal-awtoritajiet li baghtu ghalih.
Il-Gvernatur tal-Bank Centrali se jara minn fejn harget din l-informazzjoni sensittiva li responsabbli ghaliha hu l-istess dipartiment tar-rizorsi umani, mmexxi minn John Agius li ghamel l-akkuzi u mexxa f’isem il-Bank Centrali l-proceduri dixxiplinarji?

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain AM Light Rain / Wind Scattered Showers / Wind Scattered Showers PM Showers
7C 9C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata