Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Xquq u konsenturi

E-mail Print PDF
Share

Iktar ma jghaddi zmien, iktar qed jikbru x-xquq u l-konsenturi fil-binja tal-Gvern ta’ Gonzi. Kontra kull mistenni, fil-kor ta’ dawk l-esponenti tal-PN li waslu biex jistqarru pubblikament id-dizappunt taghhom ghal mod hazin kif jittratta maghhom Lawrence Gonzi, din il-gimgha nghaqqad ukoll l-ex-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummissarju Ewropew attwali Joe Borg. Biex anki xi hadd bhal Joe Borg bin-natural  rizervat, diplomatiku u bilancjat tieghu jasal biex ifisser l-ugiegh tieghu bil-mod kif fissru f’intervista l-Hadd li ghadda f’gurnal lokali bl-Ingliz,  minnu nnifsu jegghelek tithasseb. Jekk anki tac-cirku ta’ gewwa jhossuhom trattati hazin minn dal-prim ministru, mela ahseb u ara tac-cirku ta’ barra kif qed ihossuhom! 
Lanqas il-minimu ta’ rispett

Kull ma jmur Lawrence Gonzi qed ikompli johrog ta’ politikant li jista’ jidher determinat kemm irid, imma li filfatt hu stinat, li jfittex li jaghmel ta’ rasu u jiehu r-ragun anki fejn ma ghandux, u li qed jaghmel ghazliet li mhumiex qed ikunu iddettati minn x’jaqbel ghall-pajjiz imma minn x’jaqbel ghal partit. Biex jasal fejn ikun irid jasal Lawrence Gonzi qed jirrikorri ghal mezzi neqsin mill-minimu ta’ rispett li wiehed jistenna li dan ghandu juri lejn shabu.

Li prim ministru wara l-elezzjoni li ghaddiet jikkomunika permezz ta’ sms d-decizjoni tieghu li ma jirrikkonfermax fil-hatra lil wiehed mill-ministri li kellu, tixhed attitudni arroganti inkella imgiba ta’ gifa, ta’ xi hadd li mhux kapaci jiffaccja lil dak li jkun, jew aghar minn hekk, tahlita taz-zewg affarijiet f’daqqa. Anki l-mod kif Joe Borg sar jaf bid-decizjoni li ma kienx se jigi nominat mill-gdid bhala l-Kummissarju Ewropew jixhed din l-attitudni ta’ prim ministru li akkost ta’ kollox irid jaghti l-impressjoni li ghandu ‘par idejn sodi fit-tmun’, imma li fir-realtà jinsab imgerfex u qed joghtor kontinwament taht il-pressjoni minn gewwa u minn barra l-partit tieghu.

It-turbulenzi interni fi hdan il-PN huma inkwetanti ghal aktar minn raguni wahda. Il-garr tal-imsaren fil-gewwieni tan-Nazzjonalisti, m’ghandux biss l-effett tal-incertezza u l-istabbilità li jista’ johloq fl-gheruq tal-partit fil-gvern u fl-amministrazzjoni tal-pajjiz. Imma qed jittrasmetti messaggi negattivi li qed jaffettwaw il-moral mhux biss tan-Nazzjonalisti imma tal-popolazzjoni kollha kemm hi.


X’jiswa?!

X’jiswa li gie mahtur segretarju parlamentari inkarigat propju mid-djalogu mas-socjetà civili jekk imbaghad f’Malta hawn prim ministru li lanqas mad-deputati tal-partit tieghu stess m’hu kapaci jidd

jaloga?! X’jiswa li f’Malta jezisti l-Kunsill ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali fejn suppost isiru konsultazzjonijiet ta’ veru u d-djalogu socjali, jekk imbaghad tezisti sitwazzjoni fejn ghandek id-deputati eletti mill-poplu f’isem il-partit fil-gvern li qed ihossuhom imwarrba u moghtija l-genb mill-prim ministru tal-partit taghhom stess?!

Ix-xquq u l-konsenturi fil-binja tal-gvern tieghu tant huma kbar, li hekk kif appena Gonzi jipprova jzomm l-ilma milli jidhol minn banda, jibda diehel l-ilma minn band’ohra. Hekk kif appena Gonzi pprova jsodd konsentura kbira li kienet gejja mill-boghod, billi nnomina ta’ John Dalli bhala Kummissarju Ewropew,  fil-pront beda jaghmel l-ilma minn x’imkien iehor ghax spicca urta bil-kbir lill-ex-ministru Joe Borg.  Filwaqt li Joe Borg kontinwament jinghata gieh internazzjonalment ghas-successi li kellu fil-hidma tieghu bhala Kummissarju Ewropew tul il-hames snin li ghaddew, Gonzi spicca jilletika mieghu u jgidbu. 

Eye-opener

Lawrence Gonzi ghandu jahseb li billi jidhaq u jitbissem il-hin kollu, billi juri kunfidenza kbira fih innifsu, billi jassumi arja zejda u juza ton patronizzanti fil-konfront tal-avversarji tieghu, u billi jaghfas il-buttuni biex il-medja hekk imsejjha indipendenti zgur ma tagixxix b’mod indipendenti, ha jkun bizzejjed biex il-Partit Nazzjonalista jibqa’ kkakkmat mal-poter ghal aktar snin. Imma l-poplu  Malti u Ghawdxi mhux se jimpressjona ruhu facilment b’dakollu. Jekk xejn ghax jippreferi li lil Gonzi jiehdu fuq il-kelma ta’ dak li kien qal darba ilu, propju meta assuma l-kariga ta’ Kap Nazzjonalista meta b’ton epistolari kien qal “tiggudikawnix b’dak li nghid, imma ggudikawni fuq dak li naghmel”.  U propju b’dak li qed jaghmel Lawrence Gonzi bhala kap tal-gvern, qed jimpressjona ferm u ferm inqas minn dak li qed jghid u gieli anki jpaspar.

Bizzejjed jekk wiehed izomm f’mohhu z-zelqa kbira ta’ Lawrence Gonzi ta’ dan l-ahhar meta paspar kemm felah u interpreta b’mod ghal kollox zbaljat il-kuncett tal-whistle blower, u bil-wicc tost kollu ipprova jiehu tieghu minn fuq mal-mexxej Laburisa Joseph Muscat. Kienet gaffe madornali li ghandha sservi ta’ eye-opener mhux biss inkwantu ghall-mertu tal-kwistjoni nnifisha, imma anki ghal fatt li minkejja l-impressjoni li jipprova jaghti f’dak li jghid, Dr. Gonzi mhux dejjem ikun jaf x’qed jghid u mhux ippreparat daqskemm jaghti x’jahseb li hu.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata