Kienet gimgha mimlija attività. Attività li ma taqtax f’oqsma differenti. Il-gimgha bdiet b’attenzjoni fuq is-saga tal-estensjoni tal-power station ta’ Marsaxlokk wara li ufficjali tal-BWSC gew f’Malta nhar it-Tnejn li ghadda.
ll-prezenza ta’ dawn l-ufficjali, aktar milli tat twegibiet, aktar holqot mistoqsijiet. Saru diversi stqarrijiet min-naha tal-BWSC li jikkuntrastaw ma’ dak li tkellmu dwaru kemm il-Prim Ministru, Ministri u ufficjali ohra tal-gvern Nazzjonalista. Aktar milli inghata sodisfazzjon, il-poplu Malti thalla f’aktar dubji.
Minn banda konna smajna li l-makkinarju li inbiegh lill-EneMalta kien uzat f’pajjizi Ewropej ohra, min-naha tal-BWSC nisimghu li Malta se tkun l-ewwel darba li qieghed jintuza. Smajna dikjarazzjonijiet ohra li fihom BWSC jghidu li huma jahilfu ghalihom biss, u fl-ebda mod ma jaghmlu riferenza ghal min qieghed jirrapprezentahom f’Malta.
Dikjarazzjonijiet li fihom infushom ikomplu jzidu l-mistoqsijiet dwar dak li wassal biex fl-ghazla ghax-xiri ta’ dan il-makkinarju, id-decizjoni kienet favur il-BWSC. Dawn il-mistoqsijiet jizdiedu mal-mistoqsija mill-aktar importanti dwar x’kienet ir-raguni ewlenija li wasslet biex il-gvern Nazzjonalista ibiddel ligi ambjentali, liema bidla tat ic-cans kollu lil BWSC biex tirbah dan it-tender.
Dawn id-dikjarazzjonijiet ma nizlux tajjeb tant li sar minn kollox biex jigu mohbija. Meta l-Mexxej Laburista mar ghand l-Awditur Generali u pprezenta lill-istampa d-dokumenti li inghataw lill-Awditur, rajna din l-istorja tibda tinheba. L-ewwel il-PBS ghazel li ma jaghtihiex l-importanza tal-punti ewlenin minkejja l-portata tal-istorja.
Wara li din l-istorja kibret aktar permezz tad-dikjarazzonijiet li saru min-naha tal-Ministeru responsabbli mill-EneMalta u l-ghazla tal-BWSC li jigu Malta hemmhekk bdiet censura ta’ dikjarazzjonijiet importanti f’dak li kien qed jintqal min-naha tal-BWSC. Nistaqsi, ghalfejn id-dikjarazzjoni li saret mill-BWSC li huma jahilfu ghalihom biss ma ssemmiet imkien fil-bullettini tal-ahbarijiet?
Darbtejn
Fi zmien gimgha, f’zewg okkazjonijiet, il-media tal-Partit Nazzjonalista tikkwota kif hazin zewg decizjonijiet, wahda tal-Qorti u l-ohra tal-Kummissarju ghall-Protezzjoni tad-Data.
Is-sentenza tal-Prim Awla dwar il-fond mikri lill-Partit Laburista titkellem b’mod car. Il-gvern gie kkundannat ihallas €75,000 minhabba l-ordni tar-rekwizizzjoni li saret minn gvern Nazzjonalista fis-sena 1967. Fl-ebda hin il-qorti ma ikkundannat lill-gvern minhabba l-kirja li saret in konnessjoni ma’ dan il-fond. Mhux talli hekk talli s-sidien ghamlu dikjarazzjonijiet cari waqt is-smiegh ta’ din il-kawza.
Id-decizjoni tal-Kummissarju dwar il-Protezzjoni tad-Data kien fiha parti importanti li l-media Nazzjonalista naqqset milli tippubblika. Il-kliem huwa car “Is-Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista qieghed jigi mwissi li tali talba, kieku giet implimentata, seta’ kellha konsegwenzi serji fil-konfront tad-dritt tal-privatezza ta’ dawk l-individwi li kienet tohrog l-informazzjoni personali taghhom.”
Tista’ temminhom lil dawn?
Zjara
Il-Gimgha wara nofsinhar ghall-ewwel darba, il-Perit Mintoff jilqa’ l-istedina li kien ghamillu l-mexxej Laburista Joseph Muscat biex jigi izur il-kwartieri. Waqt li kont ghaddej b’laqgha interessanti, gejt infurmat li l-Perit Mintoff kien ghadu kif wasal il-kwartieri biex jiltaqa’ mal-mexxej Joseph Muscat.
Joseph u l-Perit iltaqghu u din il-laqgha giet segwita b’dawra mac-Centru Laburista. Ma naqqsux xi rakkonti min-naha ta’ Mintoff dwar iz-zminijiet li l-Partit kien jahdem mill-Freedom Press.
Din kienet zjara li ma tintesix. M’ghandix xi nghidu li malajr griet il-kelma li Mintoff ghall-ewwel darba c-Centru Nazzjonali Laburista.
13 ta’ Dicembru
L-attivitajiet biex niccelebraw il-35 sena Repubblika ta’ pajjizna ghaddejjin gmielhom. Il-Hadd li gej kunu maghna fic-Centru Nazzjonali Laburista biex nimmarkaw dan il-jum u niehdu din l-opportunità biex insostnu lill-partit biex flimkien inkomplu nwasslu l-messagg taghna.
www.zrinzo.info

| < Prev | Next > |
|---|






