Rebha facli ghas-Sliema f’partita mit-Tazza tal-100 Anniversarju li aktar kienet qisha wahda ta’ hbiberija kontra tim tal-ewwel divizjoni St Patrick’s.
Iz-Zabbarin ghamlu dak li setghu, li izda ma kienx bizzejjed. Sliema mmexxija tajjeb bhas-soltu minn Ivan Woods li kellu loghba ohra tajba minkejja li ma kienx fost li skorers. Minkejja dan kollu, wiehed kien jistenna aktar aggressività mis-Sliema b’mod specjali jekk dawn iridu jtejjbu l-qaghda taghhom fil-kampjonat Premier.
L-ewwel taqsima kienet mimlija attakki Slimizi, b’attakk izolat minn St Patrick li minnu jakkwista gowl. Fit-12-il minuta pass ta’ Mintoff lejn Mifsud Triganza li xxuttja, bil-gowler Mintoff isalva f’korner.
Fis-16-il minuta Sliema fethu li skor. Korner ta’ Muscat, dahal bil-girja JEAN PIERRE MIFSUD TRIGANZA u b’daqqa ta’ ras gheleb lil Mintoff. Tliet minuti wara, fid-19-il minuta, Sliema rduppjaw. Pass preciz ta’ Woods lejn RYAN FENECH li dahal bil-girja u tefa fir-rokna tax-xibka ghal 2-0.
Kellna imbaghad save tajjeb tal-gowler ta’ St Patrick Mintoff fil-21 minuta meta kien hemm kross mix-xellug u daqqa ta’ ras ta’ Woods. Sliema baqghu ghaddejjin u fl-24 minuta JEAN PIERRE MIFSUD TRIGANZA dahal fil-kaxxa, qabez difensur u b’xutt angolat fil-baxx tefa’ fin-naha opposta biex ghamel l-iskor 3-0.
Fit-30 minuta St Patrick’s skurjaw il-gowl tal-bandiera, dirett minn freekick mill-isbah ta’ THOMAS CARUANA li spicca fir-rokna ta’ fuq tax-xibka difiza minn Agius.
It-tieni taqsima kellha tista’ tghid l-istess andament izda minghajr il-gowls ghax f’din it-taqsima kellna gowl wiehed biss fl-ahhar minuta. St Patrick ghamlu attakk fil-bidu tat-taqsima meta Milovanovic fil-51 minuta qassam lejn Caruana li xxuttja ftiti gholi.
Imbaghad Sliema komplew bl-attakki taghhom u fit-58 minuta kross mil-lemin, ballun kklerjat hazin mid-difensuri Zabbarin u xutt mill-ewwel ta’ Woods u l-gowler Mintoff isalva billi jippancja.
Fil-65 minuta pass ta’ Woods lejn Mintoff li kien pront ixxuttja u laqat sieq il-lasta, biex ftit wara kien hemm freekick ta’ Woods li ghadda ftit barra.
Fit-80 minuta korner ta’ Muscat, ballun kklerjat qasir mid-difiza ta’ St Patrick’s, ballun ghand Dronca li xxuttja baxx, b’Mintoff isalva f’korner.
L-ahhar gowl tal-partita wasal fid-90 minuta meta M Ciantar qassam lejn ALEX MUSCAT li b’xutt baxx gheleb lil Mintoff ghar-raba u l-ahhar darba minkejja t-tentattiv tal-gowler Zabbari biex isalva.
Skurjaw: Jean Pierre Mifsud Triganza (S) (16 min, 24 min), Ryan Fenech (S) (19 min), Thomas Caruana (St P) (30 min), Alex Muscat (S) (90 min).
SLIEMA W: Agius, Muscat, Mifsud, Fenech (Dronca 63), Scerri, Mifsud Triganza, Bartolo (M Ciantar 71), Gatt Baldacchino, Woods, Mintoff (I Ciantar 74), Faella.
ST PATRICK: Mintoff, Fleri Soler, Gauci, Mifsud, Zerafa, Sciberras, Caruana (Randall Cassar 61), Farrugia, Milovanovic, Bugeja (Tonna 34), Faella (Robert Cassar 53).
REFEREE: Clayton Pisani

| < Prev | Next > |
|---|






