Kont nemmen li l-Afrika ta’ Isfel tista’ twassal iktar personalitajiet li fl-isport huma maghrufin fil-qasam mondjali bhal Oscar Pistorius, il-personalità minn dan il-pajjiz li seraq l-attenzjoni ta’ kulhadd, jew Roland Shoeman rebbieh ta’ tliet medalji Olimpici fl-ghawm u li baqa’ famuz ghal qabza tieghu u dawn biex insemmu ftit.
Lura ghal poloz u huma tnejn il-gruppi l-aktar iebsin, dak tal-Brazil u dak tal-Germanja. F’dawn iz-zewg gruppi tliet timijiet minn erba’ ghandom kapacitajiet kbar li jikkwalifikaw u javvanzaw. Mhux hekk biss, imma ma’ dawn hemm ukoll l-Awstralja li jistghu joffru partiti interessanti kontra kull avversarju kif kienu ghamlu tliet snin ilu fil-Germanja, meta kien biss zball tar-referee li kontra l-Italja swielhom l-eliminazzjoni. Mal-Brazil hemm l-Ivory Coast ta’ Drogba u l-Portugall ta’ Cristiano Ronaldo, mentri mal-Germanja hemm is-Serbja, tim li kulhadd ried jevita u l-Ghana, pajjiz iehor mimli talenti.
Polza tajba sabu t-timijiet li hawn Malta jgibu certa simpatija, l-Ingilterra u l-Italja. L-Inglizi li fl-opinjoni tieghi mal-Brazil u Spanja huma favoriti, mhux suppost ikollhom problemi fi grupp li jaraw bhala l-ewwel avversarji l-Istati Uniti bil-memorja tmur lura 59 sena meta l-Amerikani kienu rebhulhom. Sew l-Algerija kif ukoll s-Slovenja, ghalkemm ghandhom livell tajjeb ma ghandhomx ikunu partikolarment difficli ghal tim li qed jaspira li jirbah. L-istess ghall-Italja li fl-urna sabu lil Paragwaj, New Zealand u Slovakkja, timijiet li jistghu jaghtu cans lill-Italja, li dejjem jibdew batuti biex jingranaw aktar tard.
Interessanti u mhux ftit kif Franza li kulhadd jaf kif waslu mal-ahhar 32, sabu fl-urna bhala t-tim seeded, it-tim inferjuri tal-Afrika t’Isfel. Qisu d-destin ried jigbed widnejn il-FIFA wara sistema ta’ seeding li ma kienitx dikjarata qabel u ghalhekk halliet polemika, bil-Francizi, li fl-ahhar tliet edizzjonijiet rebhuha darba u darba ohra gew it-tieni, ma nghatawx seeding xieraq. Insaqsi li kieku Henry ma messx il-ballun b’idu, kieku Franza kienu jkunu seeded?
Illum hija gurnata importanti sew ghal Kumitat Olimpiku Malti kif ukoll ghal dawk l-atleti li ghamlu isem ghal Malta matul ix-xhur li ghaddew. L-awards organizzati mill-Kumitat Olimpiku Malti ghandhom sensazzjoni partikolari ghax ma humiex konkors, izda l-iskrutinju ta’ nominazzjoni ssir minn qabel u ghalhekk kull min illejla se jidhol fis-sala, jaf li huwa apprezzat ghal xi haga tajba li ghamel ghal pajjiz. Kumitat Olimpiku Malti jirrispetta mhux biss lill-assocjazzjonijiet affiljati mieghu, izda anki lil dawk l-individwi u timijiet li matul is-sena sportiva ghamlu unur lil Malta fil-kamp sportiv. Barra l-atleti ikun hemm stennija kbira ghal Hall of Fame. Naraw min se jkunu fl-edizzjoni ta’ din is-sena l-amministraturi, l-atleti, l-gurnalisti tal-passat li f’hajjithom bl-akbar impenn u dedikazzjoni ghamlu unur mhux biss ghalihom personali izda wkoll ghal pajjizhom. Persuni li kienu ta’ ezempju f’kull ma ghamlu fl-isport u barra mill-isport. Jien li matul dawn l-ahhar xhur kont involut sew f’dawn l-awards, inhossni konvint li llejla min se jattendi ghal din is-serata gala kif ukoll min se jsegwi b’mod dirett fuq Melita Sports se jghix l-esperjenza u l-emozzjoni ta’ dan kollu imhallat b’talenti muzikali li huma fost l-aqwa li qatt raw dawn l-awards fis-seba’ edizzjonijiet ta’ qabel. Fil-fatt laqtitni hafna frazi li qal Norman Hamilton , chairman tal-Kumitat Organizzattiv waqt konferenza tal-ahbarijiet dwar l-MOC Awards li saret nhar it-Tnejn fejn qal li l-muzika u l-isport huma dixxiplini simili hafna u jmorru tajjeb hafna ma’ xulxin bi hsieb komuni s-sodisfazzjon personali ta’ min ikun protagonista u s-sodisfazzjon ta’ min ikun qed jara u jisma’.
Mhux hekk biss, l-edizzjoni ta’ din is-sena hija ukoll partikolari ghax Malta se tkun qed tospita l-Queens Baton, li hija ekwivalenti ghat-Torca Olimpika izda hija l-fjamma tal-Loghob tal-Commonwealth li se ssir fl-Indja f’Ottubru 2010. Il-baton li waslet il-bierah, simbolu ta’ sport u paci li se tkun parti minn dawn l-awards kif ukoll qed iddur ma’ diversi postijiet f`Malta sabiex mhux biss tqajjem kuxjenza ghal Loghob Olimpiku izda ukoll ghall-isport ingenerali. Nixtieq wara dan ix-xoghol kollu li sar minn hafna nies, niehu l-okkazjoni u minn din il-kolonna nirringrazzja lil dawk kollha li hadmu sabiex illejla l-produzzjoni tkun wahda eccelenti.
Grazzi lil Kumitat Organizzattiv immexxi minn Norman Hamilton, grazzi ukoll lil Bord tal-Hall of Fame immexxi mill-Imhallef Lino Farrugia Sacco u l-Onorevoli Robert Arrigo, lil Joe Cassar, Julian Pace Bonello, David Azzopardi, Tony Chircop u Vince Scicluna flimkien mal-kumplament tal-ezekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti, lil Sandro Micallef f’isem Melita Sports, lil Pierre Cachia tal-hidma eccellenti tieghu, lis-segretarjat tal-Kumitat Olimpiku ghax xoghol li ghadu sa issa ma waqafx u lill-isponsors kollha li bl-ghajnuna taghhom biss stajna nimxu. Hidma kollettiva ghad unur tal-isport li fil-Kumitat Olimpiku b’mod volontarju kulhadd jaghmel.
Awguri lil dawk kollha li se jigu ppremjati !!!
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






