Hames snin wara li pajjizna ssieheb fl-Unjoni Ewropea, l-Parlament Malti huwa l-uniku parlament nazzjonali li ghadu minghajr rapprezentant permanenti fi Brussell.
Is-26 pajjiz iehor li huma membri tal-Unjoni Ewropea kollha kemm huma ghandhom rapprezentant permanenti tal-parlament nazzjonali taghhom fi Brussell.
Dan ir-rapprezentat jinhatar biex isegwi mill-qrib il-hidma tal-parlament ewropew u istituzzjonijiet ohra fi Brussell, bil-ghan li jzomm lill-parlament nazzjonali nfurmat b’dak kollu li jkun ghaddej.
Dawn ir-rapprezentanti jzommu laqghat regolari mal-membri tal-Parlament Ewropew ta’ pajjizhom u mad-deputati fil-parlament nazzjonali taghhom.
Imkejjen vicin l-ufficcju tal-Parlament Ewropew f’Malta iddeskrivew din il-kariga bhala wahda importanti hafna, b’mod partikolari minhabba l-koordinament bejn iz-zewg parlamenti, anki fid-dawl li t-Trattat ta’ Lizbona jaghti iktar sahha lill-parlamenti nazzjonali.
L-istess imkejjen spjegaw kif fi Brussell digà hemm ufficcju lest ghal dan il-ghan u kull ma jonqos huwa li l-gvern jinnomina lil xi hadd f’din il-kariga.
KullHadd huwa nfurmat li l-oghla ufficjali tal-Parlament Ewropew f’pajjizna qajjmu dan il-kaz kemm mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi kif ukoll mal-eks Speaker Anton Tabone u l-iSpeaker prezenti Louis Galea.
Jidher li sa issa ghadha ma nghatatx risposta sodisfacenti ghaliex wara hames snin ghadha ma saritx din in-nomina importanti.
Minn stharrig li ghamel KullHadd jirrizulta li r-raguni ewlenija li qed tinghata hija li l-Parlament Malti m’ghandux il-flus mehtiega biex jibghat dan ir-rapprezentant.
Raguni li l-imkejjen taghna fl-ufficcju tal-Parlament Ewropew f’Malta, titqies bhala wahda li m’hijiex gustifikata.
Il-Gvern moqdi
“Jista’ jkun ukoll li din m’hijiex ir-raguni ewlenija. Il-gvern jista’ jkun moqdi b’Dar Malta li titmexxa minn Richard Cachia Caruana, fejn hemm iktar minn 60 impjegat. Fic-cirkostanzi huwa l-Parlament Malti li qed ibati b’mod partikolari n-naha tal-Oppozizzjoni,” temmew jghidu l-imkejjen taghna.
Filwaqt li l-gvern qed jipprova jwassal il-messagg li m’ghandux il-flus biex ihallas dan is-salarju, fis-sena 2004 kien nefaq 21 Ewro miljun fuq il-bini ta’ Dar Malta. Dak in-nhar kien intqal li dan kien investiment ghax hafna mill-ispazju kien se jkun mikri lill-entitajiet ohra, izda sal-lum f’Dar Malta ghad hemm spazju enromi li huwa vojt.
Pajjizi ferm ikbar minn Malta ghazlu spazji ferm izghar minn dak li ghazel il-gvern ta’ Lawrence Gonzi. Malta kienet ukoll l-iktar pajjiz li nefqet, bil-Polonja l-ikbar pajjiz li ssiehbet fl-Unjoni Ewropea fl-2004 tonfoq tliet darbiet inqas minn Malta.
Il-gurnal influwenti European Voice ukoll kien ippubblika artiklu dwar Dar Malta u qal li din taghti l-impressjoni “li nofs il-popolazzjoni Maltija qieghda tahdem go fiha.”

| < Prev | Next > |
|---|








