Il-Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina kkonfermat fil-Parlament li l-European University, li f’Malta hija rrapprezentata mill-European Insitute of Education (EIE), m’ghandhiex rikonoxximent akkademiku.
Kien proprju dan il-gurnal li f’Awwissu li ghadda zvela kif studenti li ghamlu kors ta’ Master’s in Business Administration (MBA) ma’ din l-università gew ingannati. Ghal diversi gimghat dan il-gurnal kien qed isegwi l-esperjenza qarsa ta’ dawn l-istudenti u l-EIE rritaljat b’sensiela ta’ libelli fil-qorti u reklami fuq il-gurnali lokali, fosthom dawk tal-Partit Nazzjonalista.
Fl-ahhar jiem rega’ kien il-kelliem tal-Partit Laburista ghall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, li qajjem il-kaz fil-Parlament. Dan permezz ta’ sensiela ta’ mistoqsijiet parlamentari lil Ministru Dolores Cristina.
Bartolo talab lill-Ministru Cristina tispjega jekk il-Ministeru tal-Edukazzjoni tax xi rikonoxximent akkademiku lill-European University, bbazata fl-Izvizzera u li c-centru Malti taghha nfetah mill-European Institute of Education.
Ghal din il-mistoqsija Dolores Cristina wiegbet fin-negattiv.
‘Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Zghazagh u Sport qatt ma ta rikonoxximent akkademiku lill-European University bazata fl-Izvizzera u li c-centru Malti taghha nfetah mill-European Institute of Education,’ qalet Cristina
L-istess Ministru ziedet tghid li fl-2006 kien hemm il-proposta li din l-università tghmel korsijiet flimkien mal-MCAST. Izda l-konsulenti tal-Ministeru rrakkomandaw li dan ma kellux isir.
Il-persuni migduma jhossu li gew ingannati u jinsabu dizappuntati li l-gvern u l-Ministeru tal-Edukazzjoni hallew lill-EIE jaghmel li jrid minkejja li ma kienx hemm rikonoxximent ta’ din l-università.
Aghar minn hekk meta l-PN ftit xhur ilu hatar kumitat biex jistudja l-futur tal-Edukazzjoni Oghla f’Malta, wiehed mill-persuni mahtura kien appuntu Antonello Cappitta li jmexxi l-EIE.
Il-persuni migduma bdew proceduri legali bit-tama li jippruvaw jigbru flushom lura. Huma kienu hallsu ftit inqas minn Lm6,000 (Ewro 13,980).

| < Prev | Next > |
|---|







