Is-sena 2010 ser tkun is-sena Ewropea ddedikata ghall-glieda kontra l-faqar u l-eskluzjoni socjali. Sena shiha li matulha ghandhom jittiehdu diversi inizjattivi biex fl-Ewropea kollha ma jkompliex jizdied il-faqar. F’rapport li hareg f’Marzu 2009 mill-EPSCO jikkonkludi li bejn l-2001 u l-2007, fl-Ewropa kien hawn madwar 80 miljun persuna li qed jghixu fir-riskju tal-povertà. Dan ir-rapport hareg qabel il-krizi meta t-tkabbir ekonomiku fil-pajjizi tal-UE kien 2.1%.
Tajjeb li wiehed izomm f’mohhu ukoll li fl-Istrategija ta’ Lisbona kellha bhala ghan principali li jinqered il-faqar sal-2010, u hawn tohrog wahedha il-mistoqsija, “x’inhi s-sitwazzjoni llum?”
Tajjeb ukoll li wiehed jifhem kif jigu ikkalkulati n-nies hekk dikjarati li jaqghu taht il-linja tal-faqar (poverty line).
Skont l-UE, dawk kollha li jkollhom jghixu b’anqas minn 60% tad-dhul medju fid-djar fl-Ewropa huma meqjusa bhala fqar. L-istess rapport jikkonkludi li l-ahjar arma kontra l-faqar hi bla dubju x-xoghol izda anke hawnhekk ghandna l-problemi. Hu kkalkulat li madwar 8% ta’ dawk li jahdmu jaqghu ukoll taht is-60% tad-dhul medju u ghalhekk mhux bilfors li kull min ghandu impjieg qed jghix sew. Tajjeb ukoll li wiehed izomm f’mohhu ukoll li f’dawn l-ahhar snin l-UE iffukat ukoll fuq priorità ohra jew ahjar dik li jkun hemm tkabbir u impjiegi. Jidher car li tkabbir ekonomiku ghal din is-sena mhux ser ikollna u l-impjiegi regghu naqsu. Il-hafna impjiegi li jidher li qed jizdiedu huma dawk maghrufa bhala mpjiegi prekarji li minkejja li jaghtu impjiegi mhux bilfors qed jaghtu pagi u kundizzjoni dicenti lill-haddiema.
L-ETUC tghid li “minkejja li bejn l-2005 u l-2007 gew mahluqa 6.5 miljun impjieg gdid, dan ma irriflettiex f’titjib ghall-kwalità tal-hajja tal-haddiema”. L-istatistika turina li l-haddiema f’kuntrati definiti qosra zdiedu b’ghaxar miljuni bejn l-1997 u l-2007. Hafna minn dawn l-impjiegi kienu part time u hu ikkalkulat li wiehed minn kull hames haddiema fl-Ewropa mhux kapaci isib impjieg full time. Kwazi 31 miljun haddiem qed jghixu ezatt fuq ix-xifer b’riskju car li jaqghu taht il-linja tal-povertà.
F’kelma wahda l-foqra komplew jiftaqru filwaqt li s-sinjuri komplew jistaghnew.
U f’Malta? Is-sitwazzjoni mhix differenti.
Pajjizna hu membru tal-UE u dak kollu li jigri fil-pajjizi l-ohra jirrifletti ukoll f’pajjizna. Hu fatt maghruf li minkejja li f’dawn l-ahhar snin (qabel il-krizi ekonomika) kien hemm zieda fl-impjiegi, hafna minn dawn kienu impjiegi part time. Xi snin ilu l-part time f’Malta kien impjiegi mizjud ma’ dak li taghmel normali biex iddahhal xi haga ohra tal-flus. Hafna kien ikollhom part time minflok jaghmlu l-overtime fuq il-post tax-xoghol propju taghhom. Illum hafna huma dawk li l-uniku impjieg taghhom hu dak part time.
Mhux qed nirreferi ghal dawk il-konsulenti li jaghmlu xoghol mid-dar u jithallsu tieghu l-belli liri izda ghal dawk l-eluf ta’ haddiema li l-unika possibiltà li jahdmu hi dik ta’ impjieg part time. Mhux biss il-paga tkun ferm anqas imma hafna drabi anke il-kundizzjonijiet tax-xoghol ikunu ferm anqas.
Il-krizi ekonomika li laqtet lid-dinja u lil Ewropa ser tkompli tiggrava s-sitwazzjoni u hemm bzonn li malajr kemm jista’ jkun isir xi haga biex ghall-anqas il-pjaga ma tkomplix tikber. Dan jista’ jsir b’zewg affarijiet. L-ewwel li nassiguraw li kulhadd ikollu dhul dicenti minghajr ma nharsu lejn l-istat socjali jew personali u t-tieni nkomplu nizviluppaw servizz tas-sahha ta’ kwalità u servizzi socjali accessibbli ghal dawk li verament ma jistghux isibu xoghol. Wisq nibza’ li pajjizna qed jaghmel ezatt il-kontra.

| < Prev | Next > |
|---|






