Qatt ma kont xi fanatika zzejjed tal-make-up, forsi ma tantx hawn tfajliet bhali, izda fuqi nippreferi make-up baziku u naturali. Ma jfissirx però li ma napprezzax make-up fuq haddiehor jew li ma nammirax ix-xoghol li jkun hemm warajh.
Ghall-intervista tal-lum tkellimt ma’ wiehed mill-make-up artists lokali, Justin Brincat.
“Perfezzjonist, ikkumplikat, inhossni bniedem kreattiv tant li nhobb l-affarijiet li jsiru bl-idejn. Pacenzjuz, u mohhi dejjem ghaddej b’ideat iberrnu. Nobghod hafna nirrepeti. Inhossni diplomatiku, però tal-punt u naf li mohhi jara aktar milli jaraw ghajnejn normali”, beda jghidli dwaru nnifsu Justin, hekk kif konna madwar mejda f’hanut tax-xorb nitkellmu fil-pjazza tal-Mosta.
Justin ghandu 31 sena u bhala residenza jinqasam f’zewg lokalitajiet. Mal-partner tieghu joqghod Bugibba, filwaqt li mal-familja tieghu jghix Pembroke. Bhala passatempi ghandu l-aktar ghal qalbu l-pottery u tisjir filwaqt li stqarr mieghi li jhobb jipprova diversi extremes bhal bungie jumping u high-diving.
Isostni li minn mindu kellu ghaxar kien jilghab u jesperimenta bil-make-up. Kien inspirat minn Boy George, Mina u Michael Jackson.
“Kont nitpaxxa nara l-make-up sabih taghhom. Aktar tard fi zmien l-iskola kont niehu sehem f’recti fejn jiena kont niehu hsieb il-make-up ta’ shabi kollha. Eventwalment bdejt nattendi ghal diversi korsijiet fosthom ghand Anton Farrugia fejn bdejt nitghallem effetti specjali. Kien hemm diversi korsijiet ohra li attendejt, anki barra minn Malta bhal f’Milan. Maz-zmien bdejt nigi mqabbad naghmel il-make-up fit-teatri, tigijiet u anki televizjoni.
“Nista’ nghid issa ili sitt snin nahdem professjonalment fuq make-up”, sostna Justin filwaqt li gibidli l-attenzjoni li originarjament huwa pittur, is-suggetti favoriti huma portraits u nudi.
Kuntatt tajjeb ma’
make-up artists barranin
Mistoqsi kif kien thajjar jaqbad il-linja tal-make-up, Justin wegibni, “Xorta ghalija bqajt inpingi u nsebbah l-ucuh ta’ persuni. Fejn qabel kont aktar inpingi portraits, issa aktar nahdem dirett fuq l-ucuh ta’ persuni varji. Xorta wahda arti. Qabel ma bdejt nahdem bhala full-time make-up artist, kont nahdem part-time bhala make-up promoter ma’ uhud mill-aktar ditti kbar. F’dan il-perjodu tghallimt hafna minn make-up artists professjonali. Fil-fatt, Amy Adams li hija l-make-up artista ta’ Madonna kienet hadet grazzja mieghi fejn qbadna konversazzjoni flimkien u fejn stqarret li kien ghogobha xogholi. Nistqarr li ghallmitni hafna aktar. Make-up artist barrani iehor li emmen fija huwa Stefano Anselmo li huwa l-make-up artist ta’ Mina. Mieghu rabbejt certu hbiberija, fejn kemm il-darba ggwidani aktar fuq din il-linja”.
Bhalissa Justin jinsab qed jespandi l-istudji tieghu fuq il-make-up. Filfatt qed jitghallem jaghmel u juza semi-permanent make-up. Tlabtu jfissirli ezatt fhiex jikkonsisti u fuq kollox kemm huwa popolari.
“Ghadu mhux tant popolari. Semi-permanent huwa make-up specjali fejn jintuza l-aktar sabiex ha nghid hekk jikkoregi xi difetti fuq il-wicc u l-gisem. Jien inzertajt iffissat hafna fuq l-eyebrows. Sfortunatament mhux kulhadd jiffoka fuq is-sabih tieghu stess. Jien inhobb niffoka fuq is-sabih ta’ dak li jkun sabiex fuq kollox dak li jkun ihossu kuntent kemm minn barra u anki minn gewwa”, qalli Justin filwaqt li tgharrafli li bhalissa ghaddej bil-process li jiftah l-istudjo tieghu il-Belt Valletta ghal Novembru li gej.
Mill-konversazzjoni li konna ghamilna Justin u jiena qabel ma konna ltqajna wicc imb’wicc ghal din l-intervista, qalli li huwa dejjem lest li jitghallem aktar dwar make-up u fuq kollox dejjem lest li jaqsam dak li jaghmel ma’ haddiehor. Ridt inkun naf b’liema mod specifiku jsehh dan. “Bla ebda ftahir, jien inhoss li Alla tani don, u allura nirraguna li la Alla ghogbu jtini don, mela jiena lest li nghin u naqsmu ma’ haddiehor. Inzertajt ma nifhimx fil-kompjuters u l-anqas fil-karozzi, izda fil-make-up inhossni tajjeb. Tant nesperimenta li mhux l-ewwel darba spiccajt nuza lipstick fuq l-ghajnejn sostitut ta’ eye-shadow, jew bil-kontra eye-shadow sostitut ta’ lipstick”, tbissem jghidli Justin.
Qajjimt il-punt ma’ Justin dwar li dan l-ahhar bhal donnha dahlet trend li jsir anki make-up fuq il-mejtin minn make-up artists li jitqabbdu jaghmlu dan ix-xoghol. Izda Justin jishaq li make-up jaghmel success meta jkun hemm relazzjoni professjonali bejn il-make-up artist u l-klijent. Minkejja dan it-twemmin tieghu, staqsejtu jekk jikkunsidrax il-fatt li xi darba jibda jaghmel dan ix-xoghol hu stess fuq il-mejtin.
“Ma nikkunsidrax li qatt mhu se naghmilha. Fil-prezent nammira l-kapacità u l-gatz ta’ dawk li digà qed jaghmlu dan ix-xoghol. Bhalissa aktar qed niffoka fuq special effects ghall-films, li fil-fatt nies hajjin naghmilhom jidhru mejtin”, tbissem jghidli Justin filwaqt li rrimarkali li hija haga sabiha li bniedem juza l-potenzjal komplut tieghu.
Sessjonijiet twal li jiehdu hafna hin
B’kuràità tlabtu jghidli xi kemm kienet l-itwal sessjoni ta’ make-up li qatt kellu dan l-ahhar. “Minghajr tlaqliq wegibni li huwa l-karattru ta’ Jozette ta’ Bomba. Sessjoni fuqha biss idum xi tlett sighat, minhabba l-fatt li nkun irrid nistenna xi zebgha tinxef u ovvjament xi breaks ‘l hemm u ‘l hawn”. Hawnhekk xtaq jirringrazzja l-makeup artists Anton Farrugia u Jacky Grima ghall-ghajnuna, taghlim u l-opportunità sabiex wasal s’hawn.
Ta’ min jghid ukoll li la vedova donna Maria – karattru ghat-teleserje La Farfalla huwa bicca xoghol li tirrikjedi hafna hin u xoghol ukoll. Dan it-tip ta’ make-up jissejjah ageing fejn f’dan il-kaz l-attrici (Evelyn Saliba La Rosa) tigi mxejjha aktar minn 40 sena!!!
Ta’ min izid jghid li Justin jishaq li hajjtu hija mimlija kuluri, pniezel u nies. Fil-fatt spjegali li anki meta sempliciment ikollu xi nies gejjin ghall-ikel u joffrilhom platt ghagin – dak il-platt ghagin ghid li ser ikun imzejjen minn Justin kif jaf u jaf jimmagina bl-arti u l-kreattività!!!
Jekk hawn min ghadu jahseb li l-irgiel ma jinteresshomx il-make-up, sejrin zball. Dan l-argument iddiskutejtu ma’ Justin fejn bdejtlu d-diskors jiena stess. Fil-fatt li kieku ma semmejtx dan il-punt ma’ Justin, kien hu stess li kien ser jigbidli l-attenzjoni dwar dan. “Kont se nsemmieha. L-irgiel saru jiehdu hsieb taghhom infushom aktar minn qabel. Ghat-tigijiet u photoshoots saret bhal uzanza li l-irgiel jirrangaw l-eyebrows u jaghmlu dak li jissejjah base make-up. F’kelma wahda qed jaghmlu kollox possibbli sabiex jidhru kif ghandhom jidhru, minghajr l-ebda extravaganza”.
Fuq l-istess argument, staqsejt lil Justin jekk ghamlitlux xi differenzi kemm pozittivi jew negattivi bhala maskili li qed jahdem fid-dinja tal-make-up. “Pjuttost naraha ghenitni hafna”, wegibni Justin.
Hawnhekk ftakart li lura lejn is-sena 2007 Justin kien deher f’posters tal-ugwaljanza, fejn kien qed jesponi ruhu bhala persuna gay. Pruvajt niddiskuti mieghu dan il-fatt, izda Justin iddecieda li din m’ghadhix issue tas-sesswalità tieghu u li jixtieq jaqta’ minnha. “Jien dak li jien u ma nhossx li ghandi niddiskuti s-sesswalità tieghi aktar”, wegibni b’certu modesta Justin.
Jekk ghal hafna il-weekend ifisser mistrieh jew divertiment, ghal Justin dan ifisser aktar xoghol.
“Ikolli xoghol ta’ tigijiet, shows u filmings ta’ xi sensieliet televizivi. Generalment nhar ta’ Tnejn u Hamis ikunu l-off days tieghi. Nipprova li naqra xi kotba relatati ma’ make-up, jew inkella nfittex xi taghrif minn fuq l-internet. Prattikament anki meta ma nkunx qed nahdem, xorta jkolli konnessjoni ma’ make-up”, infurmani Justin filwaqt li kkonfermajt dan peress li kien gie jiltaqa’ mieghi ghal din l-intervista relatata ma’ xogholu u hajtu.
Fl-ahharnett stedintu jaqsam mieghi xi pjanijiet futuri minn tieghu. “Pjan minnhom huwa li nkompli nibni l-portfolio tieghi filwaqt li ntejjbu. Xewqa ohra hija li nixtieq nibda nahdem films kbar f’Hollywood. Li nahdem fuq fashion shows ma’ ditti kbar f’Parigi u Milan hija holma ohra minn tieghi li nemmen xi darba ssehhh realtà”, tbissem jghidli Justin filwaqt li temmejt din l-intervista mieghu fuq din in-nota.

| < Prev | Next > |
|---|






