Dan il-jum ghandu jghaqqad lilna ilkoll.
Is-sentiment ta’ kuragg li l-poplu wera 35 sena ilu bil-kisba ta’ Malta Repubblika jehtieg li nergghu nuruh illum il-gurnata.
Kull Malti u Ghawdxi ghandu ikun kburi bil-grajja tat-13 ta’ Dicembru 1974. Dan il-jum ifisser li ghall-ewwel darba wara eluf ta snin li konna proprjetà ta' potenzi ohra, pajjizna kellu kap Malti, Sir Anthony Mamo,minn fost il-Maltin.
F’din il-gurnata, il-maggoranza il-kbira tar-rapprezentatanti politici taghha fil-parlament qablu ukoll dwar kostituzzjoni li illum hi l-punt ta’ riferiment assolut ta’ kif dan in-Nazzjon taghna jghix, jahdem u jimxi ’l quddiem fl-interess ta’ kull cittadin Malti u Ghawdxi. Dan kien pass storiku ghalina l-Maltin biex sahhahna l-fibra nazzjonali taghna, l-ekonomija taghna u naturalment il-gid komuni taghna. Konna kapaci indahlu strutturi tas- sigurtà socjali fost hafna ohrajn li kienu ta’ sostenn.
Jekk niftakar sewwa ftit tal-jiem ilu Joseph Muscat tkellem fuq dan il-jum fejn qal li dan il-jum kien importanti hafna ghall-partit storikament, u li qed juri kif illum il-PL huwa moviment maghqud u irid ikun il-bazi tal-moviment tal-progressivi u moderati f'dan il-pajjiz. Ma nixtieqx incekken l-avveniment innifsu, imma dak iz-zmien il-Partit Laburista wera ruhu bhala forza ta’ unità nazzjonali u ta’ vizjoni progressiva u dan kollu jimlina bil-kuragg u ispirazzjoni ghall-isfidi godda tal-lum li bis-sahha tat-tmexxija dinamika u kburija li hi Maltija, qed tghaqqad koalizzjoni frott ir-rispett lejn id-diversità biex twassal lil pajjizna biex tassew ikun pajjiz modern u progressiv fil-kuntest tas-seklu 21.
Kif jghid tant tajjeb Joseph Muscat li dan il-moviment li flimkien qed jghaqqad iz-zghir, il-klassi medja, lin-negozjanti z-zghar, lill-pensjonanti u anki l-istudenti.
Importanti hafna li f’dan il-mument ta’ sfidi nkunu flimkien, ninghaqdu flimkien ghax verament nemmnu f’ideali progressivi.
Il-Partit Laburista jaspira li ghal pajjizna jkollna mhux biss ekonomija li tirkupra mir-ricessjoni, imma ekonomija li tohloq gid, u nsiru simbolu tal-mod kif tohrog minn krizi u tohloq il-gid. Dawn l-affarijiet taghmilhom b’vizjoni ta’ fejn trid tasal u b’hidma kontinwa.
Jekk ghamel il-Partit Laburista 35 sena ilu meta sirna Repubblika u jekk hija l-vizjoni tal-Partit illum.
Il-Partit Laburista jemmen f’socjetà fejn il-gvern jahdem ghan-nies u mhux in-nies jahdmu ghall-gvern. Kif ghad qabel ma nistghawx naharbu l-effetti tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja dinjija. Il-Partit Laburista huwa kommess, li jghin biex il-pajjiz ikun f’pozizzjoni b’sahhtu bizzejjed, biex jiffaccja l-krizi u jigu protetti c-cittadini.
Ma ninsewx li dan huwa gvern li wara 25 sena ghejja jmexxi, u naturalment ma tistax tafda gvern immexxi minn dan il-Prim Ministru. Il-Partit Laburista hu oppozizzjoni kostruttiv, huwa partit tal-poplu, u il-politika taghna hija ibbazata fuq il-polz tal-poplu, lehen il-poplu. Joseph Muscat u il-grupp Parlamentari Laburista regolarment nohorgu b’suggerimenti u proposti. Per ezempju, fuq il-kontijiet ta’ dawl u l-ilma, kieku l-gvern ghandu ghal qalbu c-cittadin il-kontijiet ghandu minn fejn inaqqashom madwar €15-il miljun.
Ma ninsewx li jehtieg iktar minn qatt qabel spjegazzjoni fuq hafna affarijiet, per ezempju la semmejt il-kontijiet ta’ dawl u l-ilma, jiena nistaqsi ghaliex qed inhallsu dawk il-kontijiet esagerati kollha, biex naghmlu tajjeb ghal mismanagement tal-gvern u sparpaljar ta’ flus il-poplu fejn nkunu qed inhallsu wkoll it-taxxa tal-korruzzjoni ghax bil-power station il-gdida hemm inkluzi t-tahwid li ilna nitkellmu. Il-poplu lest li jhallas it-taxxi, imma mhux lest ihallas it-taxxa tal-korruzzjoni. Il-poplu mhux skemi ta’ irtirar irid, imma min jaghmlilhom kuragg min ma jkissirhomx, min joffrilhom soluzzjoni u vizjoni.

| < Prev | Next > |
|---|






