Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

22 miljun lill-privat mir-ricerki pubblici

E-mail Print PDF
Share

Kumpannija privata b’interessi ta’ nies qrib sew tal-Partit Nazzjonalista, thallset f’perijodu ta’ ghaxar snin is-somma ta’ madwar €22 miljun ghar-ricerki pubblici li ghamlet mir-Registru Pubbliku.


Eureka Services Ltd thallset dal-miljuni kollha wara li ghaxar snin ilu, il-gvern Nazzjonalista taha monopolju assolut biex tkun hi wahidha li tamministra r-ricerki pubblici dwar djun, ipoteki u titoli ta’ proprjetà registrati  l-Insinwa.


Minbarra l-miljuni kollha li thallset ghar-ricerki mitluba min-nutara u l-pubbliku, il-ftehim kien jistipula li mhux biss it-tax payers Maltin ihallsulha l-kontijiet tad-dawl minn fejn tamministra l-ufficcju taghha, izda li kull entità governattiva li tigi bzonn is-servizzi ta’ ricerka, thallas ghas-servizzi mehtiega hekk kif kellu jaghmel id-Dipartiment tal-VAT bir-rata ta’ €25 is-siegha!

Konsegwenza tal-ftehim iffirmat bejn id-diretturi ta’ Eureka Service Ltd u l-Gvern Malti, fil-parti l-kbira l-hlasijiet li saru ghar-ricerki ma marrux fil-kaxxa ta’ Malta, izda marru direttament fil-bwiet ta’ din il-kumpannija privata li hi ko-proprjetà ta’ persuna qrib hafna tal-Partit Nazzjonalista.

Minn taghrif imqieghed fuq il-mejda tal-Kamra johrog li fl-ahhar sentejn u tmien xhur (Jannar 2007 u Awwissu 2009), Eureka Services Ltd,  thallset total ta’ €7.9 miljuni ghal Ricerki, €3.15 miljuni fl-2007, €3.04 miljuni fl-2008 u €1.74 miljun fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena.

Il-kuntratt mhux se jiggedded

Bi twegiba ghal sensiela ta’ mistoqsijiet minn KullHadd, il-Ministeru ghall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni qal li l-kuntratt li se jaghlaq fl-1 ta’ April 2010 mhux se jiggedded u se jghaddi ghand il-gvern.

Il-Ministeru qal li: “sar ftehim li permezz tieghu l-kumpannija se tghaddi ghand il-Gvern mhux biss il-Eureka Images Database kif tigi mizjuda min jum ghal jum u kif jitlob il-ftehim iffirmat kwazi ghaxar snin ilu, u li allura mhux se jsir hlas tieghu, imma wkoll l-indici addizzjonali u s-sistemi tal-IT li zviluppat il-kumpannija addizzjonalment  ghal dak li kien kontemplat fil-kuntratt imsemmi ta’ ghaxar snin ilu billi nhass li dan kien essenzjali biex jitkompla s-servizz u anki biex il-Gvern ikompli jibni fuq dak li hemm digà u jtejjeb il-processi.”

Mistoqsi x’jigri mir-ricerki li ma jingabrux minn nutara jew mill-pubbliku u jekk f’dawn l-ahhar ghaxar snin il-gvern hallashomx xorta minn fondi pubblici, il-Ministeru ta’ Austin Gatt qal li dawn il-kazijiet huma limitati. Qal li meta jigri dan, l-impjegati fl-ufficcju jsusu wara l-applikanti biex jippruvaw jigbru l-hlas dovut kif inhuma obbligati li jaghmlu skont il-ligi.

Skont il-ftehim iffirmat ghaxar snin ilu, il-gvern qabel li jhallas lill-ufficcju tal-Eureka l-kontijiet kollha tad-dawl u l-ilma, it-telefown u l-kera fost ohrajn.  Mistoqsi dwar dan, il-ministeru kkonferma li matul dawn l-ahhar ghaxar snin, il-Gvern hallas l-ispejjez tal-ufficcju mnejn jigi provdut is-servizz li huwa proprjetà tal-Gvern u dan kif stipulat fil-kuntratt. Qal li l-ispejjez relattivi matul l-ahhar ghaxar snin kif mitluba minna qeghdin jigu estratti u billi dawn is-snin kienu digà nghalqu, qal li dan huwa process li jiehu ftit ta' zmien."

Intant nutara li f’dawn l-ahhar ghaxar snin ghamlu uzu mis-servizz tal-Eureka kkontradixxew dak li qal il-ministeru dwar is-sistema uzata mill-Eureka f’dawn l-ahhar ghaxar snin u sostnew li waqt li d-diretturi kienu qeghdin jaghmlu miljuni kbar minn flus il-poplu, is-sistema ftit li xejn kienet aggornata biex taqdi tabilhaqq      il-htigijiet tal-poplu Malti u Ghawdxi.

Fil-fatt bosta minnhom sostnew li minhabba n-nuqqas ta’ investiment li ma sarx fis-sistema, kull cittadin li xi darba jew ohra gie bzonn dan l-ufficcju, l-aktar ghar-ricerki spicca hallas ferm iktar milli suppost. Il-hlas minimu ghal ricerki ufficjali huwa ta’ €14.40 waqt l-hlas ghal ricerki li jintalbu online u li mhumiex garantiti li ma jkunx fihom zbalji, huwa ta’ €12-il ewro.

Eureka Services Ltd, hija kumpannija mmexxija minn Elaine Cassar u Josephine Tabone, mart in-nutar Joe Tabone li zmien ilu kien il-President tal-Istudenti Demokristjani Maltin u minn Elaine Cassar, mart l-avukat John Cassar.

Ghamlu miljuni kbar

F’ittra miktuba minn min-Nutar J.Bisazza intitolata “Time to upgrade Public Registry software” f’gurnal bl-Ingliz, dan sostna li l-miljuni kbar ta’ ewro li ggenerat din il-kumpanija mis-servizzi ta’ ricerka huma tal-ghageb. Qal li l-kuntratt iggenera miljuni ta’ ewro lill-gvern u lill-kuntrattur tieghu, b’tal-ahhar jiehu l-ikbar sehem bhala kumpens ghat-trasferiment tas-sistema kompjuterizzata li ghadda lill-gvern fl-1999.

“Ghalkemm dan hu dhul lecitu ghall-investiment li sar, sfortunatament is-software tal-programm addottat ma giex aggornat sa minn mindu beda jinghata s-servizz. Dan kien ikun accettabbli li kieku l-pubbliku ma kienx imgieghel ihallas ghall-inefficjenza tal-programm antik u mizghud bi stramberiji fejn anki t-tiftix online sar bhal donnu hmar il-lejl ghan-nutara,” kiteb in-nutar Bisazza.

Fl-ittra tieghu huwa jishaq li l-programm li ntuza f’dawn l-ahhar ghaxar snin baqa’ wiehed limitat, baziku u inefficjenti u l-pubbliku qieghed jintalab ihallas ghal inefficjenza waqt li n-nutar (l-intermedjarju bejn il-gvern u l-pubbliku) qed jispicca jara kif jaghmel biex ifihem lill-klijent il-hlas gholi mitlub ghar-ricerki. Dan peress li normalment ir-ricerki huma ordnati u jingabru min-nutara fuq talba tal-klijent.

Huwa sahaq li r-registru pubbliku m’ghandux igieghel jhallas lill-pubbliku ghar-ricerki li ma jkunx talabhom u m’ghandux bzonnhom u aghar minn hekk igieghlu jhallas taghhom.

In-nutar Victor Bisazza jsostni li bis-sistema kif inhi llum, din ghadha ma tiddistingwiex ezatt bejn persuni bl-istess isem u kunjom, u hafna drabi l-pubbliku qed jispicca b’dokumenti li ma jkunx talabhom, izda li xorta qed jintalab ihallas ghalihom.

Joseph H. Saydon, nutar iehor li kkummenta dwar l-artiklu tan-Nutar Bisazza, qal li huwa kiteb bosta drabi lill-ministru responsabbli mill-professjoni notarali dwar l-ilmenti mqajma minn Dr Bisazza, l-aktar dwar l-aggornament u t-titjib tas-software. Madankollu, qal li kollox baqa’ l-istess u aghar minn hekk semma’ li r-ricerki kemm ufficjali u kemm online huma dejjem sebat ijiem b’lura b’riskju kbir ghan-nutara u l-avukati meta jkunu qeghdin jassistu lill-klijenti taghhom fuq xi kuntratt.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata