Monday
Sep 06th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

SmartCity b’finanzjament Malti?

E-mail Print PDF

Waqt li fl-ahhar snin il-Gvern Malti ddikjara li l-progett ta’ SmartCity Malta kien se jkun iffinanzjat kollu kemm hu b’investiment barranin li jlahhaq it-$300 miljun, jidher li fl-ahhar gimghat id-dirigenti ta’ din il-kumpannija marru ghand numru ta’ banek lokali biex jiksbu minghandhom il-kapital necessarju biex ikomplu bil-progett.


Din l-ahbar kienet irrapportata fil-bidu tax-xahar minn The Malta Business Weekly fejn inghad li l-management ta’ SmartCity Malta zar l-HSBC Malta, il-Bank of Valletta u l-Lombard Bank f’tentattiv biex iziedu l-fondi necessarji biex ikomplu bil-progett f’Rikazli, fil-limiti tal-Kalkara.
Madankollu jidher li l-HSBC irrifjuta li jsellef lil SmartCity Malta l-ammont rikjest. Jinghad li f’din il-laqgha ssemmiet il-krizi finanzjarja kbira li dahlet fiha Dubai u li incidentalment intlaqat minnha wkoll il-Grupp HSBC.

Qabel l-elezzjoni generali li ghaddiet il-Prim Ministru Lawrence Gonzi wieghed li sal-elezzjoni li gejja, dan il-progett se jkun qed joffri 5,600 post tax-xoghol gdid.

Kontradizzjoni

Fid-dawl tal-krizi finanzjarja li dahal fiha Dubai, hmistax ilu l-Ministru Austin Gatt qal fil-Parlament li Dubai World (il-kumpannija tal-gvern b’dejn ta’ madwar 60 biljun Dollaru Amerikan), m’ghandha x’taqsam xejn ma’ Dubai Investment, li hija s-sid ta’ SmartCity Malta u proprjetà personali tax-Sheikh ta’ Dubai.


Meta mistoqsi fil-Parlament mill-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat dwar il-krizi f’Dubai, il-ministru Gatt qal li ma kien hemm assolutament l-ebra relazzjoni bejn Dubai World u Dubai Investment u Go plc.


Madankollu l-Erbgha li ghadda, il-gvern esprima ghall-ewwel darba t-thassib tieghu fuq l-investiment ta’ SmartCity f’Malta.


B’kuntrast ma’ dak mistqarr mill-ministru Austin Gatt, il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech qal li d-diffikultajiet f’Dubai jista’ jkollhom effetti wkoll fuq Malta.


Fenech qal dan fil-hin tal-interpellanzi ghal mistoqsija tal-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat wara li l-agenziji ta’ kreditu naqqsu l-credit rating tal-kumpannija Dubai Holding, li qed tmexxi l-progett ta’ SmartCity Malta.


Fenech qal li l-informazzjoni li qed taslilhom minn min hu responsabbli mill-operat f’pajjizna ta’ SmartCity hu li l-investiment qieghed hemm u mhux qed jigi ddubitat. “Issa jekk min-naha l-ohra il-holding company ta’ SmartCity Malta tidhol f’diffikultajiet, ma jistax jeskludi li dan ikollu impatt. Imma s’issa dan ma jidhirx,” qal Fenech waqt li xorta qaghad b’seba’ ghajnejn xi jghid.


Kliem il-ministru Fenech stona mhux ftit mal-istqarrija kategorika li ghamel il-Ministru Austin Gatt meta qal li dak li gie rrapportat fil-gazzetti u fil-midja dwar Dubai World m’ghandux jolqot lil Go u SmartCity Malta.


“Din hija kumpannija tal-Gvern ta’ Dubai li m’ghandha assolutament, assolutament ebda relazzjoni la mal-Go u lanqas ma’ SmartCity, ebda relazzjoni,” qal il-ministru Gatt fil-Parlament meta kien ghadu m’ghamel l-ebda kuntatt mal-kumpannija minn Dubai.


“Jien m’ghamilt l-ebda kuntatt ma hadd. Il-kuntatt tieghi kien qabel, proprju gimgha, ghaxart ijiem qabel faqqghet il-krizi, ghax kien qieghed Malta, Abdulraham (il-Kap Ezekuttiv ta’ SmartCity). Jigifieri qabel faqqghet il-krizi, jien ma cempilt lil hadd u m’ghamilt ghal hadd.”


Il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat staqsa jekk minn dakinhar ‘il hawn sarx xi kuntatt mal-investituri, imma l-ministru Fenech ma kienx jaf iwiegeb. Muscat qal li l-poplu jesigi li jkun mgharraf b’dak li qed jigri, ghax sahaq li l-investiment ta’ SmarCity huwa importanti hafna ghall-pajjizna.

Sadanitant, zjara li ghamel dan il-gurnal f’Rikasoli, il-Kalkara fl-ahhar jiem uriet li x-xoghol ta’ kostruzzjoni fuq l-ewwel blokka fi SmartCity Malta baqa’ ghaddej b’ritmu normali.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny Partly Cloudy Mostly Sunny Sunny / Wind
21C 32C 31C 30C 29C
Mon Tue Wed Thu Fri

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura