Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Sliema jiehdu punti fl-ahhar minuta

E-mail Print PDF
Shareimg_3750_1Sliema Wanderers kien haqqhom jiehdu dawn it-tliet  punti peress li certament kellhom l-aktar mil-loghob.  Fil-fatt huma wkoll kellhom l-akbar bzonn ta’ punti minn din il-partita biex forsi jirrangaw xi ftit is-sitwazzjoni li jinsabu fiha fil-klassifika.  Minkejja dan kien hemm mumenti fil-partita fejn Sliema setghu tilfu b’mod partikulari meta l-Hibs laqtu l-lasta u anki meta Barbara tal-Hibs ixxuttja f’lasta vojta bil-gowler barra minn postu biex finalment il-ballun jigi mizmum milli jaqbez il-linja fatali.

Ta’ min wiehed isemmi li l-gowl importanti fit-92 minuta kellu l-bidu tieghu mis-sostitut Turner biex imbaghad Mifsud Triganza ma hafirx.  Is-sostitut gowler tal-Hibs Balzan kellu wirja sodisfacenti fin-nuqqas tal-gowler regolari Muscat li jinsab sospiz.
L-ewwel attakk denju ta’ nota tal-partita wasal fis-16-il minuta ghall Hibs meta freekick ta’ Callejas mix-xellug gieghel lil gowler Agius fil-lasta tas-Sliema johrog u jippancja biex ibieghed il-periklu.

Zewg minuti wara kellna azzjoni personalti ta’ Faella ghas-Sliema li resaq qrib il-kaxxa u xxuttja fil-baxx bil-gowler Balzan isalva mal-art.
Fil-21 minuta kross mil-lemin ta’ Mifsud Triganza u daqqa ta’ ras ta’ Mifsud tmur ftit gholja, biex il-Wanderers komplew fil-25 minuta bi freekick ta’ Faella li wkoll ghadda ftit barra.

Kien imiss lil Hibs biex fis-27 minuta kellhom girja u kross mix-xellug ta’ Barbara, bil-gowler Agius fil-lasta tas-Sliema jkun prominenti billi tajjar il-ballun kif seta’.

Ftit wara kross mix-xellug ta’ Faella u daqqa ta’ ras ta’ Mintoff tghaddi ftit gholi.

It-tieni taqsima bdiet kollha tas-Sliema.  Fil-51 minuta clearance ta’ Dronca bil-ballun jispicca fil-kaxxa tal-Hibs u l-gowler Balzan jikklerja minn fuq ras Mifsud Triganza.  Fit-58 minuta Muscat gab lil Mifsud Triganza wahdu izda dan minn qaghda tajba tefa’ barra.  Fil-61 minuta Faella ra lil Balzan isalvalu x-xutt tieghu biex minuta wara korner ta’ Muscat ghas-Sliema u l-gowler Balzan isalva fl-gholi.

Ghalkemm damu biex ghamlu reazzjoni l-Hibs, fl-ahhar din waslet u kien kwazi hadu l-vantagg. Fis-67 minuta azzjoni ta’ Barbara li fiha gie wicc imbwicc mal-gowler li qabzu wkoll izda x-xutt tieghu gie kklerjat minn Azzopardi.

Fl-84 minuta Barbara qassam lejn Cohen li pprova x-xutt ghan-naha opposta bil-ballun jistampa mal-wieqfa u jirritorna fil-loghob.

Finalment jasal il-gowl tar-rebha Slimiza meta kulhadd kien qed jahseb li din il-partita se tispicca fi draw ta’ minghajr gowls.  Fit-92 minuta pass ta’ Turner lejn JEAN PIERRE MIFSUD TRIGANZA li gie f’qaghda tajba fuq ix-xellug u b’xutt b’sahhtu ta t-tliet punti lill Wanderers.  Zewg minuti wara Sliema setghu regghu skurjaw meta f’kontra attakk gew tlieta kontra wiehed bir-responsabbilità tax-xutt jehodha Fenech li x-xutt tieghu salvah il-gowler Balzan.

Skorjaw: Jean Pierre Mifsud Triganza (S) (92 min).

HIBS: Balzan, J Caruana, Pulis, Pearson, Herrera, R Camilleri (T Caruana 46), Galabov, Callejas, Barbara, Cohen, Malasenoks (B Camilleri 83).

SLIEMA W: Agius, Muscat, Azzopardi,  Mifsud, Fenech, Scerri, Mifsud Triganza, Woods (Turner 88), Dronca, Mintoff (Bartolo 70) (I Ciantar 80), Faella.

REFEREE: Kevin Azzopardi

PLEJER TAL-LOGHBA: Ian Azzopardi  Sliema Wanderers
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata