KullHadd jitkellem ma’ James Muscat l-uniku persuna
f’pajjizna li ta kilwa lil xi hadd li ma jigix minnu
“Ma niflahx nara nies ibatu. Meta rajt lil David l-ewwel darba fuq il-magna tad-dializi, kont iddecidejt li nara kif naghmel biex nghinu.”
Hekk iddikjara ma’ KullHadd James Muscat, l-uniku persuna f’pajjizna li ta kilwa lil persuna li ma tigix minnu.
Muscat, li llum huwa vici-president tat-Transplant Support Group kien rikonoxxut mill-President ta’ Malta meta nhar it-13 ta’ Dicembru kien onorat ghall-qlubija tieghu, b’midalja ta’ Gieh ir-Repubblika.
Mistoqsi minn dan il-gurnal x’wasslu biex kien ha dan il-pass kuraggjuz li ftit ikunu lesti li jaghmlu, Muscat zied jghid li ried jara lil din il-persuna tghix hajja ahjar. “Ma niflahx nara nies ibatu. Meta rajt lil David l-ewwel darba fuq il-magna tad-dializi, kont iddecidejt li nara kif naghmel biex nghinu.”
Hekk iddikjara ma’ KullHadd James Muscat, l-uniku persuna f’pajjizna li ta kilwa lil persuna li ma tigix minnhu.
Muscat, li llum huwa vici-president tat-Transplant Support Group kien rikonoxxut mill-President ta’ Malta meta nhar it-13 ta’ Dicembru kien onorat ghall-qlubija tieghu, b’midalja ta’ Gieh ir-Repubblika.
Mistoqsi minn dan il-gurnal x’wasslu biex kien ha dan il-pass kuraggjuz li ftit ikunu lesti li jaghmlu, Muscat zied jghid li ried jara lil din il-persuna tghix hajja ahjar.
“Hassejt li kelli naghmel hilti biex din il-persuna tkun tista’ tghix hajja ahjar. Bdejt ninforma ruhi dwar il-marda tal-kliewi u skoprejt li dawn il-pazjenti jridu jiehdu t-trattament tliet darbiet fil-gimgha ghal bosta sighat kull darba. Kont determinat biex nara lil David jerga’ jibda hajja attiva minghajr il-htiega ta’ magni biex izommuh haj,” qal James ma’ KullHadd f’dikjarazzjoni li taghti wiehed x’jifhem li ghal James din ma kinitx xi decizjoni daqstant difficli.
Mistoqsi dwar dan James qal li “d-decizjoni kienet wahda facli”.
“Kienet decizjoni facli ghax hassejtni rrassenjat li naghti dan ir-rigal ckejken biex insalva hajja ta’ persuna li kienet tant marret lura fis-sahha. Kont naf li trapjant seta’ jaghmel differenza kbira ghal David,” tenna James.
Minn hawn ‘il quddiem jirrakkonta kif tkellem mal-familja tieghu dwar din id-decizjoni li ghal hafna jaf tkun mhux biss difficli, izda mpossibli. Wara li kiseb l-appogg taghhom bdew il-hafna testijiet sakemm wasal il-jum li ha l-ahbar. L-ahbar li seta’ jaghti l-kilwa tieghu lil David.
“Wara hafna gimghat il-konsulent qalli li l-kilwa tieghi kienet qrib hafna biex l-intervent ikun success. Kien proprju fil-gimgha tal-Milied li jiena qsamt din il-holma tieghi ma’ David,” kompla James.
Jispjega li fl-ebda mument ma beza’. “Ansjetà iva imma biza’ le. Is-sens ta’ determinazzjoni min-naha tieghi kien tant qawwi li ta’ madwari hassew li x-xewqa tieghi kellha ssir realtà u mhux tibqa’ holma. Ommi bkiet kemm-il darba. Kien dmugh ta’ ferh. Kelli appogg kbir minn marti u mit-tliet uliedi. Eventwalment it-trapjant sar fil-25 ta’ Frar 2004,” spjega James.
Il-Vici-President tat-Transplant Support Group Malta jiddikjara ma’ KullHadd li trapjant ta’ kilwa minn donatur haj mhux tant komuni f’pajjizna. Jispjega wkoll kif minhabba li d-donazzjoni tieghu kienet l-ewwel wahda ta’ xi hadd mhux relatat mid-demm, kien hemm il-bzonn ta’ approvazzjoni minn bord ta’ etika.
“Riedu jassiguraw li l-intenzjonijiet tieghi kienu genwini,” zied James filwaqt li rrimarka li l-operazzjoni ma kinitx xi wahda facli. “Inhossni kburi bil-professjonijisti fl-isptarijiet taghna,” qal James.
Fl-ahharnett tlabna lil James jispjega xi tfisser ghalih il-medalja ghall-qlubija li nghata mill-President tar-Repubblika.
“Inhossni onorat. Kienet gurnata memorabbli li ma ninsa qatt. Il-midalja hija simbolika imma s-sentimenti huma ta’ vera. Dan l-unur naqsmu mal-familja, ma shabi tat-transplant support group, mad-donaturi hajjin bhali kif ukoll mal-familji li ghogobhom jaghtu kunsens biex isiru trapjanti wara li tilfu l-gheziez taghhom,” temm jghid James.

| < Prev | Next > |
|---|








