Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Jispicca s-CEO tal-ADT

E-mail Print PDF
Share

adt_3_copyNhar il-Gimgha kien l-ahhar jum ta’ Ray Attard bhala Chief Executive Officer tal-Awtorità Dwar it-Trasport (ADT), jista’ jizvela KullHadd.

Huwa se jkun qed itemm l-impjieg tieghu wara sentejn li dahal fil-kariga, minkejja li originarjament kien iffirma kuntratt ta’ tliet snin.

Dak li sehh nhar il-Gimgha, fejn sahansitra xi ftit haddiema gabru zewg ewro biex ituh rigal,  jikkonferma taghrif li zvela KullHadd fil-bidu ta’ Dicembru.  Dak in-nhar irrapportajna li fid-dawl li se tinholoq awtorità gdida li se tirregola t-trasport f’Malta, Ray Attard kien se jispicca barra anki jekk it-terminu tal-kuntratt tieghu ghadu ma skadiex.


Taghrif li ghandu dan il-gurnal jghid li Attard qieghed jaghmel hiltu kollha biex jinghata somma tajba bhala kumpens, simili ghal dik li hadet l-eks human resources manager tal-ADT Anna Calì. Cali  kienet inghatat is-somma  ta’  €35,000  kumpens minn fondi pubblici biex telqet.


Fl-ahhar sighat KullHadd cempel lil Attard biex jiehu r-reazzjoni tieghu, izda hekk kif ghidnilu li ahna mill-gurnal KullHadd bhal donnu nhasad u mmedjatament wiegeb: “M’ghandiex xejn xi nghidillkom thank you very much.”


Xtaqna nistaqsu lil Attard ghaliex spicca mill-ADT u jekk hux minnhu li c-Chairman Simon Vella kien qed iwahhal fih ghad-dizastru fl-awtorità. Fid-dawl tal-fatt li l-ADT hija entità pubblika, ridna nistaqsuh ukoll irrangax xi golden hand shake bhal Anna Calì. Ghalhekk ergajna cempilnilu.
Izda Ray Attard insista li ma jitkellimx maghna.


“M’ghandiex xi nghidilkom. Hu pacenzja. Ibghat il-mistoqsijiet mic-channels ufficjali.” “Dak qed tghidu inti,” zied jghidilna Attard meta ghidnilu li rridu nistaqsu lilu ghax hu m’ghadux fl-ADT.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata