Il-President ta’ Malta Dr. George Abela inzamm l-isptar Mater Dei wara li gie rikoverat hemmhekk nhar il-Gimgha kawza ta’ hass hazin li tah meta kien qed jattendi ghal funeral fil-Knisja ta’ San Gorg Hal Qormi.
Fi stqarrija tad-Dipartiment tal-Infomazzjoni (DOI) mahruga l-bierah intqal li l-President “gie mdahhal l-isptar Mater Dei wara hass hazin li gie kkawzat minn pressjoni baxxa.”
“Fil-fatt din il-problema kienet assocjata ma’ dehydration jew nuqqas ta' ilma fic-cirkolazzjoni,” qal id-DOI.
Id-DOI zied jghid li l-President irrisponda tajjeb ghall-amministrazzjoni ta’ fluwidi fil-vina.
“Dalghodu il-President qam ihossu tajjeb, izda ghad ghandu bzonn tal-mistrieh u li jkompli l-kura mehtiega fl-isptar Mater Dei,” temm jghid id-DOI il-bierah.
Il-Partit Laburista awgura fejqan ta’ malajr lill-President Abela b’mod partikolari f’dan iz-zmien fejn qed ikunu organizzati l-attivitajiet relatati mal-Istrina.

| < Prev | Next > |
|---|






