Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi qed ikompli juza l-pozizzjoni tieghu ta’ Segretarju Parlamentari biex bl-iktar mod parrokkjali jiehu rikba fil-kostitwenza fejn jikkontesta.
Mhux biss ftit tal-gimghat ilu pprezenta flus mill-fond ta’ kawzi gusti fuq l-altar bil-Knisja ta’ Rahal Gdid mimlija. Izda issa qed jaghmel minn kollox biex jirkeb fuq progett tal-Kunsill Lokali ta’ Rahal Gdid li se jkun inawgurat illejla.
Il-progett huwa dak maghruf bhala ta’ Santa Ubaldesca li jinkludi t-tisbieh taz-zuntier ta’ quddiem din il-knisja li ghandha importanza storika.
Il-Kunsill Lokali ta’ Rahal Gdid hejja l-pjanti kollha necessarji ghal dan il-progett u kien l-istess kunsill li ghamel applikazzjonijiet relattivi mal-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Eventwalment fuq talba tal-Kunsill, il-Ministeru tar-Rizorsi u l-Infrastruttura, accetta li jipprovdi l-haddiema tal-gvern biex jahdmu x-xoghol f’dan il-progett. B’hekk il-kunsill lokali bl-ghajnuna tal-gvern wettaq dan il-progett importanti.
Izda Jason Azzopardi jrid jiehu l-mertu kollu hu.
F’invit li ntbaghat lir-residenti ta’ Rahal Gdid intqal li l-Ministeru tar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari ghall-Erarji Pubblici u l-artijiet qed jistiednu lir-residenti ghall-inawgurazzjoni taz-zuntier li se ssir illejla.
Anki jekk kien il-mutur u l-mohh wara dan il-progett il-Kunsill Lokali ma semma mkien. Dan minkejja li se jkun ukoll l-istess kunsill li se jhallas ghall-htigijiet marbuta mal-attività tal-lejla.

| < Prev | Next > |
|---|






