Nhar il-Gimgha f’Nyon l-Izvizzera telghu il-poloz tac-Champions League. Bhal kull sena dawn il-poloz gibdu l-attenzjoni ta’ eluf ta’ dilettanti tal-futbol hekk kif din il-kompetizzjoni hija meqjusa bhala l-iktar wahda prestiggjuza fid-dinja fuq livell ta’ klabbs. Dwar dankollu hadna r-reazzjonijiet ta’ diversi personalitajiet Maltin, ftit tal-hin wara li sar maghruf kontra min se jkun qieghed jilghab it-tim taghhom fi Frar li gej.
Minkejja li hija sapporter ta’ Milan, il-gurnalista sportiva Catherine Xuereb irnexxielha zzomm l-imparzjalità biex tat harsa generali lejn kif zvolgew il-poloz. “Kif wiehed ihares lejn il-poloz jinduna li huma poloz ecitanti u fl-istess hin varjati. Hemm klabbs li nzertaw polza iebsa bhal Chelsea kontra Inter li nhoss li hija partita li tixraq iktar ghal xi semifinali milli f’dan l-istadju. Klabbs li nahseb li nzertaw polza pjuttost hafifa huma CSKA Moscow kontra Sevilla, però wiehed ma jridx jinsa l-poloz li nsejhilhom prestiggjuzi bhal AC Milan kontra Manchester United u Fiorentina kontra Bayern Munich.”
“Polza bhal Arsenal vs Porto tista’ tmur kull naha, minkejja li nhoss li Arsenal huma aktar favoriti. Dan ir-rawnd ta’ sittax se jkun wiehed interessantissimu u bhal kull sena, l-UEFA Champions League tibqa’ l-aktar kompetizzjoni prestiggjuza fl-Ewropa, u ghalhekk dejjem toffri emozzjoni kbira lis-sapporters u dilettanti tal-futbol internazzjonali.”
Ghal hafna, l-aktar loghba ecitanti se tkun dik bejn Chelsea u Inter. Loghba li mhux biss se jsegwu l-partitarji ta’ dawn iz–zewg timijiet, izda li fuq ix-xwiek ghaliha se jkun hemm il-Juventini li l-uniku interess li fadlilhom f’din it-tazza huwa li jaraw lil Inter barra. Dwar dan tkellimna mal-prezentatur Joe Tanti. “Certament bhala sapporter tal-Inter ma nistax ma nawgurax lill-Interisti ritorn ghar rebh. Biss, qed inzomm saqajja mal-art anki dis sena. Wisq nibza li din mhix is-sena taghna lanqas u fejn stennejna 45 sena, nistennnew sena ohra,” sahaq Tanti f’dikjarazzjoni Interista tipika.
“Inkun sorpriz hafna jekk jghaddi tim wiehed Taljan. Il-Milan, li fil passat rebhu tant unuri ha jsibu hajt f’Manchester Utd. Forsi l-aktar tim Taljan li jista’ jispikka jkun il-Fiorentina kontra l-Bayern,” qalilna Joe f’kumment li ma taqbel xejn ma’ dik ta’ Brian Hansford iktar ‘il quddiem
Min-naha tieghu l-awtur Gino Lombardi jinsab f’dilemma hekk kif huwa fanatiku ta’ Chelsea, izda fl-istess hin jishaq li se jiehu gost jerga’ jara lil Jose Mourinho fi Stamford Bridge. “Carlo Ancellotti stqarr li ma xtaqx li c-Chelsea jiltaqghu ma’ wiehed miz-zewg timijiet Taljani fil-fazi li jmiss tal-UEFA Champions League, izda Ron Gourlay, il-Kap Ezekuttiv li kien l-Izvizzera ghat-tlugh tal-poloz iddeskriviha bhala ‘a fantastic tie’.”
“Jiena kont u ghadni ammiratur ta’ Mourinho u niehu pjacir li giet l-opportunita’ li nergghu narawh fi Stamford Bridge, ghalkemm mhux imexxi lit-tim. Chelsea u Inter laghbu kontra xulxin biss f’loghba ta’ hbiberija, u avolja Chelsea rebhu l-ahhar konfront fl-Amerika fis-Sajf li ghadda xorta nahseb li se jkunu 180 minuta ecitanti hafna ghaz-zewg settijiet ta’ partitarji. Nittama li ma jtinix xi attakk f’qalbi meta tintemm il-loghba fi Stamford Bridge…ifhimni,” temm jghid Lombardi b’ton li aktar tahsbu li qed jiehu parti f’xi dramm.
Il-prezentatur u attur Etienne St John li jappoggja bis-shih lit-tim ta’ Old Trafforn Manchester United qed kemmxejn jibza’ mill-isfida ta’ Milan.
“F’din il-kompetizzjoni Sir Alex wassal lill-United ghall-finali tlett darbiet, u kull darba gheleb oppozizzjoni Taljana biex wasal lit-tim fil-finali. Hlief ghal-Milan. Kienu dejjem il-Milan li hargu rebbieha fuq Man Utd. Ghalhekk se tkun loghba ecitanti, b’zewg timijiet bilancjati. Il-Milan iffavorihom xi naqra, ghax kienet tkun interessanti Milan–Chelsea, minhabba Ancellotti! Apparti li hemm ukoll il-fattur Beckham u r-ritorn tieghu f’Old Trafford wara 7 snin. Nittama li din id-darba jkunu l-Utd li johorgu rebbieha fuq il-Milan,” qal St John.
Wahda mill-poloz meqjusa bhala tajba hija dik tal-Bayern Munich kontra Fiorentina, b’dawn ta’ l-ahhar izda ghadhom minghajr telfa. Dwar dan hadna l-kummenti tal-prezentatur Brian Hansford li sahaq li t-tim tieghu irid joqghod attent specjalment ghal Mutu.
“Il-polza kienet wahda tajba ghal Bayern Munich. Hemm hafna timijiet aktar b'sahhithom, ghalkemm ma tridx tarmi lil Fiorentina meta tqis li rebhu darbtejn lil Liverpool u darba lil Lyon,” qal Hansford.
“Fl-ahhar erba’ loghbiet li laghbna kontra Fiorentina rbahna tlieta u gejna dro l-ohra. Dan ma jfisser xejn ghax din is-sena ghandhom tim komplut b'kowc li ghinhom jemmnu fit-talenti taghhom. Irridu noqghodu attenti u ma nafdawx specjalment lil Mutu, dan il-plejer huwa l-mohh tat- tim Taljan jekk jigi mizmum milli jilghab il-loghba tieghu. F'dan l-istadju tac-Champions League ma tistax tiehu xejn foregranted.
Kull tim li wasal hawn ghandu potenzial li jirbah it-tazza. Nispera li din id-darba jkunu l-Bayern li jigu nkurunati b'dan it-titlu,” sahaq Hansford, b’hafna qarrejja zgur jistaqsu jekk hux qieghed jara r-realta’ b’mod car!
Ghal dawk li jzommu mal-Arsenal nixtiequ nserrhulhom rashom li ahna pruvajna wkoll niehdu l-opinjoni taghhom. Izda kull tentattiv biex naqbdu lill-Ministru Tonio Fenech sfuma fix-xejn.

| < Prev | Next > |
|---|






