Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Spartans jiksbu draw fl-ahhar minuta

E-mail Print PDF

img_4073_1Draw meritat ghal Hamrun Spartans miksub tard fil-loghba.  Hibernians min-naha l-ohra tilfu vantagg ta’ zewg gowls f’loghba kumbattuta specjalment fit-tieni taqsima.


L-iSpartans kellhom lil Mawete u Pereira f’burdata ma tantx tajba minkejja li dan ta’ l-ahhar skorja l-gowl tad-draw minn penalty,  hames minuti fil-hin mizjud.

Lejn l-ahhar tal-partita l-attakk tal-Hibs sar inezistenti meta huma bidlu lil Cohen ma’ difensur, ovvjament biex jippruvaw izommu l-vantagg ta’ gowl li kellhom, izda dan ma rnexxiex u spiccaw hadu punt biss minn din il-partita li sa ftit hin qabel kollox kien qed jindika li kellhom jiehdu t-tliet punti minnha.


Wara 12-il minuta loghob Hamrun kellhom freekick ta’ Camoin li Muscat salva u fil-21 minuta ghal darb’ohra freekick tal-istess Camoin u din id-darba Muscat jippancja biex bieghed il-periklu.


Hibs irrispondew  fil-25 minuta bi kross ta’ Cohen, harga hazina ta’ Casha fil-lasta tal-Hamrun izda d-difiza kklerjat u zewg minuti wara xutt tajjeb ta’ Spiteri ghal Hamrun u jsalva Muscat.


Minuta wara jigifieri fit-28 minuta Spiteri rega’ kellu xutt tajjeb izda din id-darba Muscat salva parzjalment bil-ballun imur ghand Micallef li minn qaghda angolata xxuttja ftit barra.


Fit-33 minuta kross mix-xellug ta’ Cohen, dahal bil-girja Barbara u minn ftit passi boghod mil-lasta ma laqatx il-ballun biex l-okkazjoni ntilfet.
Tliet minuti wara fid-39 minuta Hibs marru fil-vantagg.  Kross mix-xellug ta’ Pulis, dahal CHRISTIAN CALLEJAS u bir-ras          anticipa lil gowler Casha u tefa’ fix-xibka.


Fit-tieni taqsima Hibs komplew fit-triq lejn ir-rebha billi anki skurjaw it-tieni gowl meta fit-68 minuta kross ta’ Cohen mil-lemin, daqqa ta’ ras ta’ Xuereb, u JONATHAN CARUANA kompla ghal gewwa minkejja t-tentattiv tad-difensur Micallef biex isalva.


Fit-73 minuta Barbara qassam lejn Malasenoks li minn qaghda tajba xxuttja izda laqat il-ballun hazin.


Minn hawn ’l quddiem donnu li bdiet rimonta Hamruniza.  Fid-79 minuta Spiteri approfitta minn zball fid-difiza u qabbez il-ballun minn fuq il-gowler Muscat izda l-ballun waqa fuq il-lasta u baqa sejjer barra.


Fil-81 minuta freekick ta’ Holland mix-xellug ghal Hamrun, id-difiza tal-Hibs waqfet u DIEGO CUCCIARDI gie wahdu quddiem il-gowler li b’xutt fil-baxx naqqas id-distakk.


Fil-95 minuta penalty ghal-Hamrun minhabba li difensur tal-Hibs miss il-ballun b’idu u mill-11-il metru MARCELO PEREIRA kiseb draw meritat ghalli Spartans.


Skurjaw: Christian Callejas (Hibs) (39 min), Jonathan Caruana (Hibs) (68 min), Diego Cucciardi(Ham) (81 min), Marcelo Pereira (Ham) (95 min).
HAMRUN S: Casha, Bonnici (Barbara 74), Attard (Cucciardi 30), Mangion, Micallef, Holland, Pereira, Spiteri, Hrubsa, Mawete, Camoin.
HIBS: Muscat, Caruana, Herrera, Pulis, Xuereb, Callejas, Pearson, Galabov (E Cauchi 67), Cohen (R Camilleri 83), Malasenoks (B Camilleri 78), Barbara.
REFEREE: Andrè Arciola

PLEJER TAL-LOGHBA: Andrew Cohen Hibernians

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
27C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura