Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Birkirkara jkomplu juru progress

E-mail Print PDF
Share

img_4209_1Minkejja li Birkirkara kellhom neqsin lil Fenech u Zerafa huma taw wirja denja u rega’ deher il-progress li qed jaghmlu.  Il-plejer formidabbli taghhom Comvalius kien mizmum tajjeb mil-plejer tal-Belt Borg u kien biss darba li dan ghaddilu u kien f’dik l-okkazjoni li skorja l-gowl.

Valletta kellhom hafna pussess tal-ballun izda sabu quddiemhom gowler bravu bi stil modern ta’ goalkeeping bi hrug sa tarf il-kaxxa u anki barra biex waqqaf diversi drabi l-harbiet ta’ Valletta.  Kollox ma kollox ir-rizultat hu wiehed gust.  Minn dan id-draw gawdew l-aktar Qormi li baqghu fl-ewwel post tal-klassifika tal-premier wahedhom.

Il-partita bdiet pjuttost kajmana u ftit kellna azzjonijiet fil-bidu.  Fid-39 minuta kien hemm freekick ghal B’Kara moghti minn Bajada mil-lemin u xutt ta’ Muscat jghaddi barra.

Fl-ahhar tat-taqsima rajna sforz Belti biex forsi jmorru jistriehu fil-vantagg.  Fit-42 minuta pass ta’ Sammut lejn Scerri li wahdu quddiem Mora, ra lil gowler Karkariz ix-xutt fil-baxx tieghu bis-sieq.  Imbaghad fl-ahhar minuta kross mil-lemin u daqqa ta’ ras ta’ Cruyff indirizzata ghax-xibka tkun imblukkata bir-ras minn Buhagiar f’korner.

Fit-tieni taqsima Birkirkara malajr marru fuq quddiem.  Fis-47 minuta pass lejn SYLVANO COMVALIUS li hasad bil-girja lid-difensur tieghu Borg, dahal fil-kaxxa u tefa’ fix-xibka biex ta l-vantagg lill-Karkarizi.

B’Kara komplew fit-52 minuta izda harga tajba tal-gowler Belti Hogg fuq Cilia evitat il-periklu.

Fit-63 minuta azzjoni ta’ Scerri ghal Valletta fejn qabez difensur u xxuttja ftit barra.  Hawn donnu inghata sinjal biex il-Valletta jaghmlu sforz biex jiksbu d-draw u rajna serje ta’ attakki Beltin.  Fit-72 minuta freekick ta’ Sammut u daqqa ta’ ras ta’ Scerri salvata minn Mora.  Tliet minuti wara kross ta’ Sammut u Mora, fl-unika harga hazina tieghu, jara d-daqqa ta’ ras ta’ Cruyff tghaddi barra.

Fil-81 minuta l-gowl tad-draw tal-Valletta.

F’konfuzjoni li nqaghlet quddiem il-lasta ta’ B’Kara xutt ta’ Cruyff gie mblukkat qasir, dahal GILBERT AGIUS u spara fil-baxx fix-xibka biex salva telfa ghal Valletta.

Skurjaw: Sylvano Comvalius (B) (47 min), Gilbert Agius (V) (81 min).

VALLETTA: Hogg, Borg, Briffa (Bezzina 80), Scicluna, Dimech, G Agius, Pace (Giglio 80), Sammut (Falzon 88), Cruyff, Scerri, Doding.

B’KARA: Mora, Cilia (Pulo 86), Nisevic, Vukanac, Muscat, Mallia, Tabone, Bajada, Comvalius, Galea (Scicluna 92), Buhagiar (Paris 71).

REFEREE: Adrian Azzopardi

PLEJER TAL-LOGHBA: Gilbert Agius Valletta

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata