Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Ir-riforma fil-qasam tal-edukazzjoni

E-mail Print PDF
Share

Ir-riforma fil-qasam tal-edukazzjoni,  imhabbra madwar xahar ilu mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Dolores Cristina,  giet ikkritikata f’Rapport li ghadu kif ghamel id-Dipartiment tal-Istudji Edukattivi tal-Università ta’ Malta.

Skont dan ir-rapport saret wisq emfasi fuq l-ezamijiet , specjalment dawk tad-dhul fis-settur sekondarju.  Ir-rapport jghid li filwaqt li  t-tnehhija tal-Common Entrance  kien pass ‘il quddiem, biss dan wahdu ma jsolvix il-problema kollha fejn jidhlu l-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti. Dan billi hemm il-htiega li jkun hemm titjib konsiderevoli fl-iskejjel tal-Istat. Jekk dan ma jsirx ir-riforma ma tkunx kompluta u se jkun hemm il-periklu li n-numru ta’ genituri li jaghzlu biex jibaghtu lil uliedhom fl-iskejjel privati u tal-Knisja se jkompli jizdied.


Kellu jsir studju aktar profond qabel ma tittiehed id-decizjoni li jitnehha l-istreaming  ghax jekk din ir-riforma mhux se tkun wahda nazzjonali u tolqot l-iskejjel kollha, jista’ jkun hemm gruppi ta’ studenti li jbatu bit-tnehhija tal-istreaming.  Fuq kollox  is-sistema tas-setting li se tidhol flok l-istreaming  mhux  bilfors tnehhi l-istress minn fuq l-istudenti li issa se jkunu ta’ abilità mhallta.


Saret ukoll kritika qawwija ghall-fatt li fid-dokument tar-riforma ftit hemm referenza ghal-letteratura li tappoggja t-teorija li fuqha hija mibnija l-istess riforma. Biex taghqad,  parti mil-letteratura li saret referenza ghaliha hija skaduta.


Ir-Rapport tal-Università jistqsi x’kienet ir-raguni li l-Kumitat ta’ revizjoni ma kienx jinkludi wkoll esperti mill-qasam tas-socjologija tal-Edukazzjoni, psikologija tal-Edukazzjoni u l-edukazzjoni komparattiva li zgur kien ikollhom kontribuzzjoni x’jaghtu.


Fost materja ohra, ir-Rapport iqajjem ukoll il-kwistjoni tal-gheluq tal-iskejjel tas-snajja minghajr ma nfethu korsijiet godda fil-qasam sekondarju li baqa’ fuq korsijiet formali u mhux joffri korsijiet alternattivi ghal dawk l-istudenti li qabel kienu jmorru fl-iskejjel tas-snajja.


Fl-istess hin qal ukoll li kien mehtieg li ssir revizjoni tal-kurrikulu tal-iskejjel sekondarji fejn in-numru ta’ suggetti huwa kbir wisq.


Ir-rapport jigbed ukoll l-attenzjoni ghall-fatt li filwaqt li minn kiteb id-dokument tar-riforma ghamel appell biex ikun hemm tibdil kulturali fis-sistema edukattiva, imbaghad imkien ma hemm  proposti li juru kif dan jista’ jsir.
Jidher li dan ir-rapport huwa wiehed preliminarju ghax jintqal li kellu jsir studju aktar profond dwar id-dokument tar-riformi minn dan id-dipartiment universitarju.


J’Alla dan l-istudju ma jiehux wisq fit-tul u fuq kollox li l-awtoritajiet tal-edukazzjoni jaghtu kaz sewwa tal-istess rapport qabel ma jkomplu bl-implimentazzjoni tar-riformi.


Azzjoni mill-MUT

Jidher li n-nuqqas ta’ hegga min-naha tal-Gvern biex jimplimenta dak li jwieghed wassal biex rega’ beda jberraq  bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers. Il-Kunsill tal-MUT  dan l-ahhar,  stqarr li ma kienx se jistenna wisq aktar u jekk il-Gvern sal-1 ta’ Jannar 2010 ma kienx se jiehu passi  biex jigi konkluz l-ezercizzju mwieghed mill-istess Gvern biex jindrizza l-anomaliji li jezistu fid-diversi gradi ta’ ghalliema, l-MUT kienet ser tiehu azzjonijiet industrijali.
Dan l-ezecizzju kellu jindirizza diversi anomaliji, fosthom dik li numru ta’ ghalliema li kienu jissodisfaw dak li tghid il-ligi baqghu ma nghatawx ‘warrant’ permanenti, filwaqt li ohrajn anqas biss gew irrakkomandati. Bhala rizultat ta’ dan, dawk milquta mhux biss sofrew ingustizzji, izda garrbu wkoll telf finanzjarju kbir.


Il-kwistjoni ilha sejra zmien u wara diversi appelli li saru  mill-MUT, f’Gunju li ghadda – sitt xhur ilu – il-Gvern kien waqqaf    grupp ta’ hidma bl-inkarigu li jaghmel analizi dettaljata tad-diversi ftehim settorjali biex jigu identifikati d-diversi anomaliji li kien hemm u dawn jigu ndirizzati. Ghaddew sitt xhur u jidher li ftit li xejn sar progress biex il-problema tal-anomalija msemmija tigi solvuta.


Dan id-dewmien min-naha tal-Gvern issa wassal ghal sitwazzjoni fejn fi ftit jiem irid jara x’jaghmel biex jsolvi din il-problema ghax inkellha se nispiccaw biex nibdew is-sena 2010 b’azzjonijiet industrijali fil-qasam edukattiv.
Veru kaz ta’ Gvern li trid tniggzu u toqorsu sewwa biex forsi jimxi.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata