Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

B’kaz urgenti ta’ sahha u jrid jistenna sena

E-mail Print PDF

Persuna li ghandu nefha fl-aorta, li min hu fil-qasam mediku jiddeskrivi bhala kaz urgenti hafna, inghata appuntament fl-Isptar Mater Dei ghal aktar minn sena ohra.

Ragel li tkellem maghna fl-ahhar jiem spjega kif ftit tal-gimghat ilu kellha ugiegh f’genbu u dlonk mar ghand it-tabib tieghu biex jara x’seta nqala’.


It-tabib tieghu baghtu jaghmel ultrasound u minn dan it-test irrizulta li l-pazjent kellu nefha fl-aorta.


L-aorta hija l-akbar arterja li ghandu l-gisem. Tibda mill-ventricle tax-xellug tal-qalb, u tibda niezla ’l isfel saz-zaqq, fejn hemmhekk tinqasam f’zewgt ifrieghi.

 


“Mort ghand it-tabib tieghi b’dan ir-rizultat u qalli l-kaz huwa serju hafna. Mill-ewwel irrakomandali li naghmel appuntament l-isptar Mater Dei u jiena hekk ghamilt,” spjega dan ir-ragel.


“Inhsadt meta gejt mgharraf li l-appuntament kien ghas-7 ta’ Jannar tal-2011,” zied jghid dan ir-ragel.

“Vera fuq l-isptar ilna nisimghu hafna u kemm hemm listi ta’ stennija. Imma meta tkun taf li ghandek xi haga li ghandha bzonn ta’ attenzjoni urgenti u tkun iffaccjat b’sitwazzjoni bhal din , hemm tibda thoss il-vera wega’”, temmet tghid ma’ KullHadd din il-persuna.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura