Partita li kkonfermat il-mument felici li ghaddej minnu t-tim ta’ Qormi. Rebha meritata li nkisbet minkejja li t-tim serrah lill-aqwa skorer tal-kampjonat Camilo Da Silva fuq ordni tat-tabib. Qormi kienu mmexxija tajjeb ferm minn Joseph Farrugia u Massimo Grima u xorta skurjaw darbtejn minkejja li kienu minghajr Da Silva biex sahhew posthom f’ras il-klassifika tal-kampjonat.
Sliema jinsabu f’sitwazzjoni allarmanti b’sitt telfiet minn 11-il partita, xi haga li rari tigri lill-Wanderers, sitwazzjoni li, malajr kemm jista’ jkun iridu johorgu minnha. Ma kienx bizzejjed il-gowl sabih tal-veteran Woods biex Sliema jiehdu xi haga minn din il-partita.
Qormi mill-ewwel hargu fuq l-attakk u kienu huma li skurjaw l-ewwel u kienu ghal hafna hin kmandi fil-grawnd. Sliema bdew tajjeb it-tieni taqsima u kienu ppremjati b’gowl wara diversi attakki
Wara 19-il minuta loghob Sliema kellhom korner ta’ Woods izda johrog jippancja l-gowler Farrugia biex bieghed il-periklu.
Fit-23 minuta pass fit-tul ta’ Grima ghal Qormi lejn Effiong izda anticipa l-gowler Agius biex evita l-periklu.
Qormi fethu l-iskor fit-38 minuta meta freekick ta’ J Farrugia, joghla STEPHEN WELLMAN u bir-ras lahaq qabel il-harga tal-gowler Agius u tefa f’xibka vojta.
Reazzjoni Slimiza fl-40 minuta u freekick ta’ Ciantar izda jsalva l-gowler Farrugia fil-lasta Qormija. Immedjatament Qormi japprofittaw minn zball tad-difiza tal-Wanderers permezz ta’ Effiong li jahrab bil-ballun, jigi wahdu xi ftit angolat, jixxuttja, izda sab lil-Mifsud jikklerja bir-ras.
Fit-42 minuta xutt b’sahhtu ta’ Deguara ghal Qormi jsalva l-gowler Agius.
Bhalma semmejna digà Sliema bdew tajjeb it-tieni taqsima b’diversi attakki. Fil-55 minuta freekick ta’ Faella jsalva l-gowler M Farrugia u fit-68 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Muscat jerga’ jsalva Farrugia. Fis-70 minuta xutt mil-boghod ta’ Mintoff u ghal darb’ohra jsalva Farrugia, sakemm fl-ahhar wasal il-gowl tad-draw ghas-Sliema fil-71 minuta. Korner ta’ Faella, ballun imwaqqa’ bir-ras minn Ciantar lejn IVAN WOODS li b’dahru lejn il-lasta, dar u xxuttja bil-ballun jahbat ma’ sieq il-lasta qabel jispicca fix-xibka.
Fis-77 minuta kross ta’ J Farrugia u daqqa ta’ ras ta’ Mejlaq salvata minn Agius bl-ghajnuna tal-lasta, ballun ghand Effiong li xxuttja b’Agius jerga’ jsalva izda ma jzommx biex id-difensur Mifsud ikklerja biex solva l-problema.
Fl-84 minuta wasal il-gowl tar-rebha. Pass fil-kaxxa mix-xellug ta’ Mejlaq, fejn kien hemm JOSEPH FARRUGIA li kien pront xellef ghal gox-xibka biex rega’ kiseb il-vantagg ghal Qormi li fil-fatt zammew sat-tmiem. Fid-90 minuta Qormi setghu anki ziedu l-vantagg meta f’harba, Effiong qabez lil gowler Agius, ixxutta, izda sab lid-difensur J Mifsud jimblokka f’korner biex li skor baqa’ 2-1 ghal Qormi.
Skurjaw: Stephen Wellman (Q) (38 min), Ivan Woods (S)(71 min), Joseph Farrugia (Q) (84 min).
SLIEMA W: Agius, Muscat, Azzopardi (Turner 65), Mifsud, Mifsud Triganza, Gatt Baldacchino, Woods, Dronca, Ciantar, Mintoff, Faella.
QORMI: M Farrugia, Sammut, Dos Santos, Wellman, Bondin, Grima (Buttigieg 93), Fenech, Mejlaq (Spiteri 87), J Farrugia, Deguara, Effiong.
REFEREE: Kevin Azzopardi
PLEJER TAL-LOGHBA: Ryan Deguara Qormi

| < Prev | Next > |
|---|








